Left arrow Go Back

SERVIZZ TA’ GĦAJNUNA U SAPPORT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FUQ L-INTERNET PERMEZZ TA’ CHAT U FORUM

pr1396
Date Icon 21/06/2012

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, dalgħodu nieda servizz ġdid ta’ counselling u sapport online għaż-żgħażagħ u adoloxxenti permezz ta’ chat u forum fuq kellimni.com. Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli qal li dan is-servizz se jkun qiegħed jgħin liż-żgħażagħ jgħelbu l-isfidi li jġibu magħhom it-transizzjonijiet fiż-żgħożija.

Kellimni.com twaqqfet fl-2011 bil-għan li jħares l-iżvilupp ħolistiku taż-żgħażagħ u adoloxxenti permezz ta’ informazzjoni u servizzi ta’ sapport online. Kellimni.Com hu mmirat għal żgħażagħ u adoloxxenti li jridu jitkellmu ma’ xi ħadd li jkun kapaċi jismagħhom u jipprovdilhom assistenza. Dan is-servizz jagħti l-opportunità lil min jużah li jwasslu l-ħsibijiet tagħhom u jitkellmu dwar sitwazzjonijiet li jolqtuhom mill-qrib.

Is-Segretarju Parlamentari qal li f’konformità mal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, mal-ftuħ tal-Aġenzija Żgħażagħ, il-Gvern permezz tal-istess Aġenzija nieda servizz ta’ informazzjoni għaż-żagħżagħ sabiex dawn iħossuhom aktar empowered fl-iżvilupp tal-identità tagħhom u f’ħajjithom. Fil-portal ta’ Aġenzija Żgħażagħ, iż-żgħażagħ għandhom aċċess għall-informazjoni affidabli fuq diversi suġġetti fosthom l-edukazzjoni, il-familja, ix-xogħol, il-kultura, l-ambjent, l-Ewropa, il-liġijiet, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet, il-parteċipazzjoni, is-saħħa u l-isport. Minn naħa l-oħra permezz ta’ Kellimni.Com qed nipprovdu t-tieni saff ta’ informazzjoni aktar individwalizzata għall-ħtiġijiet personali ta’ kull żgħażugħ/a .

Illum is-servizz Kellimni.com mexa pass ieħor għaliex bit-tnedija taċ-chat u l-forum iż-żgħażagħ qed jingħataw mezz attraenti li bih jikkomunikaw u jkollhom risposti immedjati. 

Is-servizz Kellimni.Com huwa proġett li sar bi sħab bejn entitajiet governattivi bħal Aġenżija Żgħażagħ u Aġenzija Appoġġ, il-volontarjat permezz ta’ SOS Malta, u l-Knisja permezz tas-Salesjani ta’ Don Bosco.  Is-Segretarju Parlamentari sostna li Aġenzija Żgħażagħ, issieħbet f’dan il-proġett, li huwa proġett bejn il-Gvern u l-volontarjat, għaliex dan hu parti mill-istrateġija ta’ informazzjoni għaż-żagħżagħ tal-Gvern.

Is-sit Kellimni.com li ilu jopera minn Mejju 2011 kellu aktar minn 22,000 viżitatur u 200 minnhom għamlu kuntatt ma’ professjonisti imħarrġa permezz tal-email.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow