Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr1359
Date Icon 17/06/2012

Kull student wara li jtemm l-iskola sekondarja jista’ jkompli l-istudji tiegħu minkejja li ma jkunx kiseb ċertifikati tas-SEC. Il-Gvern Nazzjonalista ilu li investa f’opportunitajiet ġodda fl-edukazzjoni u għalhekk illum dawn iż-żgħażagħ għandhom l-opportunità li jkomplu l-istudju tagħhom fl-MCAST, fl-Istitut tal-Istudju Turistiċi u bil-programm ġdid li beda f’din il-leġislatura l-Youth.inc li hu mmexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi.

Dott. Muscat f’laqgħa politika dal-għodu f’Birkirkara ta l-impressjoni li dawn iż-żgħażagħ li ma qagħdux għal O level ma jistgħux ikomplu l-istudji tagħhom meta fil-verità hemm diversi programmi ta’ studju li huma jistgħu jkomplu wara l-istudju fil-livell sekondarju. Dawn il-programmi jinkludu l-Youth.Inc, il-Foundation programmes u l-iskemi tal-apprentistat li joffru kemm l-MCAST kif ukoll l-ITS. 

F’dawn l-aħħar ġimgħat kien qed isir eżerċizzju ma’ dawk l-istudenti tal-Form V li mhux se jagħmlu l-eżamijiet tal-O Level tas-SEC biex dawn ikunu mħajra biex jidħlu fi programmi li jgħinuhom biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex ikunu jistgħu jkomplu mexjin ‘il quddiem u jkunu impjegabbli. 

Dan l-eżerċizzju qed jitmexxa mill-għalliema tal-Guidance, Career Advisors, Youth Workers, Counselors u Social Workers li hemm fl-għaxar kulleġġi li jiġbru fihom l-iskejjel sekondarji kollha ta’ Malta u Għawdex.  Fil-ġimgħat li ġejjin dawn iż-żgħażagħ se jiġu kkuntattjati wieħed wieħed biex jingħataw l-għajnuna biex jekk jixtiequ jkunu jistgħu japplikaw ħalli jkomplu l-istudji tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow