STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Dott Muscat ikompli jipprova jħawwad lill-istudenti
Dalgħodu Dott Muscat reġa’ pprova jbeżża l-istudenti tan-nursing u l-familji tagħhom b’affarijiet ivvintati. F’konferma oħra li juri kemm l-Oppożizzjoni mhix aġġornata dwar is-saħħa, din il-ġimgħa l-Oppożizzjoni ppruvat tkompli tiżra n-negattività fost l-istudenti. U dan għax l-Oppożizzjoni irċiviet email li lanqas biss indenjat tikkonferma l-kontenut tagħha.
Għal darb oħra, il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jinforma lill-istudenti preżenti, u lill-familjari tagħhom, li m’hu se jinbidel xejn fejn jidħol ix-xogħol tal-istudenti tan-Nursing matul is-Sajf.
Dak li seħħ din il-ġimgħa juri biċ-ċar id-differenza bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni. Filwaqt li l-Gvern ħabbar aktar taħriġ għall-karrieri fil-qasam tas-saħħa biex il-pazjent jinqeda aħjar, l-Oppożizzjoni tipprova taqta’ qalb l-istudenti tan-nursing.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017