ESTENSJONI FINALI TAL-ISKEMA TAL-VAT
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jixtieq javża li biex jagħti opportunità finali lil operaturi ekonomiċi sabiex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom mad-Dipartiment tal-VAT, l-iskema mħabbra fil-Budget għal din is-sena qed tiġi estiża sal-31 ta’ Lulju 2012.
Kull persuna reġistrata li għandha arretrati ta’ taxxa, penali amministrattiva u imgħax, u li sad-dati tal-15 ta’ Marzu 2012 jew il-31 ta’ Mejju 2012 ma kinitx tikkwalifika biex tibbenefika mill-Iskema peress li ma kinitx tissodisfa xi kundizzjonijiet, issa tista’ tagħmel talba bil-miktub lid-Direttur Ġenerali tal-VAT sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2012, biex tkun ikkunsidrata biex tibbenefika.
Fejn it-talba tintlaqa’, id-Direttur Ġenerali għandu jinforma l-persuna konċernata dwar il-mod ta’ kif u meta għandu jsir il-ħlas skont l-għażliet tal-Iskema.
Persuni reġistrati li huma interessati li jibbenefikaw mill-Iskema għaldaqstant huma mħeġġa sabiex jieħdu din l-aħħar opportunita’ peress li mhux previst li jkun hemm aktar estensjonijiet.
Għal dan il-għan, fil-jiem li ġejjin ser isiru l-emendi neċessarji fir-regolamenti bil-pubblikazzjoni ta’ Avviż Legali.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017