Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT, B'RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MINN LEO BRINCAT, KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL TAL-KLIMA

pr1350
Date Icon 15/06/2012

Gvern li jaħdem biex itejjeb il-kwalità tal-ambjent ta' pajjiżna

Il-Gvern huwa impenjat li jibqa’ jaħdem biex tiġi ġġenerata enerġija nadifa u biex titjieb il-kwalità tal-arja.

Il-Gvern qed jindirizza dawn l-isfidi u fil-ġimgħat li ġejjin se jinawgura estensjoni tal-Power Station li tilħaq l-aqwa standards ambjentali Ewropej. Fl-istess ħin, qed isir investiment f'interconnector biex pajjiżna jnaqqas id-dipendenza tiegħu fuq enerġija konvenzjonali u jkollu aċċess għal sors nadif ta' enerġija. Dawn se jwasslu biex tingħalaq il-power station tal-Marsa li hija waħda mill-aktar sorsi ta' tniġġis f'pajjiż. Filwaqt li l-għażla tal-Gvern hija favur power station li taħdem bl-aqwa teknoloġija moderna biex tnaqqas l-impatt ambjentali li jista' jkollha, l-għażla tal-Partit Laburista hija Power Station li taħdem fil-faħam.

Il-Gvern qed jagħti wkoll inċentivi biex familji jinvestu f’solar water heaters, double glazing u insulation u sabiex imorru għall-enerġija alternattiva filwaqt li jitnaqqas l-konsum ta’ enerġija ġġenerata mill-mezzi tradizzjonali bil-Power Station. 12,000 diġà bbenefikaw minn dawn l-iskemi, qed jiffrankaw il-flus u jagħtu kontribut għall-arja aktar nadifa.

Il-Gvern huwa wkoll impenjat li jindirizza l-emissjonijiet li jiġu ġġenerati mit-traffiku u wettaq riforma tat-trasport pubbliku li permezz tagħha l-karozzi tal-linja antiki inbidlu f’vetturi Euro V. Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Gvern nieda wkoll skema li permezz tagħha min jixtri karozza ġdida u jiskreppja waħda li għandha aktar minn għaxar snin jingħata għotja sa €2,000.

Dan kollu qed jgħin biex il-familji tagħna jgawdu minn kwalità tal-ħajja aħjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow