STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jinnota b’sodisfazzjon l-istqarrija mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar l-investigazzjoni li wettqet fuq allegat skart ikkontaminat li jinħaraq fl-inċineratur tal-Marsa.
Il-Ministeru jinnota kif l-istqarrija tal-MEPA tikkonferma li d-Direttorat għar-Regolamentazzjoni Veterinarja aġixxa b’mod korrett meta ordna li l-iskart li jkun iġġenerat minn vapuri li jinkludu l-Libja bħala destinazzjoni tagħhom għandu jkun inċinerat. Din l-azzjoni ttieħdet bħala prekawzjoni ħalli ma jiġux ikkontaminati l-irziezet ta’ pajjiżna. L-istqarrija tal-MEPA tikkonferma wkoll li ma saritx importazzjoni ta’ karkassi mill-Afrika ta’ Fuq biex ikunu inċinerati.
Il-Ministeru jilqa’ wkoll it-twaqqif ta’ bord ta’ investigazzjoni indipendenti, kif diġà ddikjara fl-istqarrija ta’ nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju 2012 meta qal: ‘’il-Ministeru u l-Awtorità kompetenti m’għandhom l-ebda oġġezzjoni li ssir inkjesta indipendenti biex tkun tista’ tikkonferma li Malta qed taqdi l-obbligi u d-doveri tagħha kollha bl-aħjar mezzi eżistenti legali u awtorizzati kif mitluba mill-istess liġijiet Maltin tal-Unjoni Ewropea.’’
Il-Ministeru jikkundanna l-fatt li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Leo Brincat ħareġ jallarma lill-pubbliku.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017