Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1263
Date Icon 04/06/2012

L-Oppożizzjoni mitluba tispjega

F’artiklu ppublikat f’L-Orizzont ta’ llum, id-deputat tal-Oppożizzjoni l-Onor. Joe Sammut illum qal li l-Gvern Malti jmissu qatt m’aċċetta l-kwota tat-tonn li ġiet stipulata mill-ICCAT. Hu qal ukoll li l-kwota għas-sajd tat-tonn inqasmet bejn is-sajjieda u purse-seiners.

L-Oppożizzjoni trid tispjega u tgħid jekk tkun fil-Gvern hix beħsiebha tinjora l-obbligi li daħlet għalihom il-komunità internazzjonali, mhux biss l-Ewropa, dwar  miżuri ta’ konservazzjoni favur ċertu speċi ta’ ħut?  L-Oppożizzjoni għandha tiċċara wkoll għaldaqstant hijiex lesta li tpoġġi fil-periklu lis-sajjieda għax tesponi s-sajd Malti għal sanzjonijiet mill-istituzzjonijiet internazzjonali?

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jiċċara li mhux minnu li l-Gvern qasam il-kwota nazzjonali tat-tonn bejn longliners u purse-seiners. Kieku sempliċiment staqsa kien ikun jaf li l-Gvern din is-sena, bi qbil mal-koperattivi tas-sajjieda, ħalla jaħdmu biss bastimenti longliners.

L-Onor Sammut fl-artiklu tiegħu ħa numru ta’ żbalji li jikkonfermaw kemm hu maqtugħ mir-realtajiet tas-settur fosthom meta jirreferi għas-sajd tal-pixxispad.  Għal sajd ta’ din l-ispeċi ma teżisiti l-ebda kwota u għaldaqstant il-metodu użat għas-sajda huwa rrilevanti. Barra minn hekk, ta’ min wieħed jinnota li l-qbid tal-pixxispad permezz tal-purse-seiner huwa llegali.  Fis-settur tal-pixxispad daħlu regolamenti dwar daqs minimu tal-ħut li jrid jinqabad kif ukoll perjodu ta’ closed season. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow