Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA

pr1257
Date Icon 03/06/2012

Mhux veru dak li qal Dott Muscat li min jingħata l-energy voucher irid jinqeda fi kju differenti minn ħaddieħor.

Dak li qal Dott Muscat hu kompletament żbaljat.  Għalhekk mhux veru li min jingħata l-energy voucher mill-Gvern jesponi ruħu quddiem ħaddieħor, kif ivvinta Dott Muscat.

It-30,000 familja li jgawdu minn tnaqqis fil-kont tal-elettriku u l-ilma permezz tal-energy voucher jinqdew bħal ħaddieħor.  Dak li qal Dott Muscat juri kemm hu maqtugħ mill-fatti. 

Dott Muscat bl-aktar mod żbaljat ikkritika l-għajnuna li tingħata permezz tal-energy voucher lill-familji li għandhom bżonn.  Din l-għajnuna tingħata biex dawn il-familji ma jħossux l-effett taż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt.  Minbarra din l-għajnuna, il-familji kollha li jikkonsmaw l-enerġija bil-għaqal jingħataw tnaqqis sa 25% fuq il-konsum tal-elettriku.  Dan hu differenti minn dak li kien għamel il-Gvern Laburista meta għolla t-tariffi fuq kulħadd meta l-prezz kien fl-anqas livell, 12-il dollaru kull barmil.

Dott Muscat bl-aktar mod insensittiv qed jipprova jilgħab bl-emozzjonijiet ta' persuni vulnerabbli u l-ġenituri tagħhom.  U anki hawn mhux qed jgħid il-verita'.  Il-Gvern ilu mill-2002 joffri servizzi ta' djar residenzjali fil-komunita' għall-persuni b'diżabilita'.  Dawn is-servizzi jingħataw fost l-oħrajn permezz tal-Aġenzija Sapport minn djar fil-Fgura, Hal Kirkop, l-Imtarfa, Wied il-Ghajn, Bormla u l-Mellieha.  Il-Gvern issieħeb ukoll mal-għaqdiet mhux governattivi biex jingħata dan is-servizz residenzjali permezz ta' Dar Arka, Dar Pirotta u Dar il-Wens.  Jgħin ukoll finanzjarjament it-tlitt residenzi ta' Dar Nazareth fiż-Żejtun. Permezz ta' dawn id-djar fil-komunita' il-persuni b'diżabilita' jgħixu lejl u nhar b'ħarsien sħiħ għal saħħithom.  B'dawn id-djar il-ġenituri jtaffu mit-tħassib tagħhom dwar x'se jiġri minn uliedhom meta jiġu nieqsa huma.

Il-Gvern jgħin ukoll NGOs oħra li jagħtu servizzi lil persuni b’diżabilita’ bħal ma huma d-Dar tal-Provvidenza u Dar il-Kaptan.

Mhux veru dak li qal Dott Muscat li l-Gvern iddeċieda li jżid l-eta' tal-irtirar.  Dott Muscat anki fuq din mhux jgħid il-verita'.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow