IL-KUMMISSARJU EWROPEW RESPONSABBLI MILL-POLITIKA TAL-KLIMA, CONNIE HEDEGAARD FI ŻJARA F’PAJJIŻNA
Għada se tibda żjara f’pajjiżna tal-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Politika tal-Klima, Connie Hedegaard.
Din iż-żjara qed iseħħ propju b’rabta mal-Jum Dinji tal-Ambjent li jiġi ċċelebrat fil-5 ta’ Ġunju. Waqt din iż-żjara il-Kummissarju Hedegaard se jkollha laqgħat mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, mal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, mal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej u Barranin u ma' numru ta’ għaqdiet non-governattivi. Il-Kummissarju Hedegaard se tipparteċipa wkoll waqt konferenza li qed tittella’ f’pajjiżna, EURELECTRIC, li ġġib flimkien uffiċjali għolja mill-industrija tal-enerġija fl-Ewropa.
Il-Kummissarju Hedegaard hija mid-Danimarka u serviet fil-Parlament Daniż sa mis-sena 1984 f’isem il-Partit Konservattiv. Bejn l-2004 u l-2007 serviet ukoll bħala Ministru tal-Ambjent filwaqt li bejn l-2007 u l-2009 kienet il-Ministru responsabbli mill-klima u l-enerġija.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017
pr1246a.pdf
pr1246b.jpg