Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1241
Date Icon 31/05/2012

Tweġiba għall-Istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar il-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna

Filwaqt li l-Oppożizzjoni tissokta bil-ħidma tagħha biex tgerrex l-investiment mill-pajjiż, f'rapport dwar il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea lbieraħ qalet li l-ekonomija Maltija qed tkompli tikber b'ritmu ogħla minn tal-medja Ewropea, u kif id-defiċit ta' pajjiżna kien taħt il-livell ta' 3% kif meħtieġ mir-regolamenti Ewropej.

Xahar wara l-ieħor, l-Oppożizzjoni tipprova tagħti l-impressjoni li d-defiċit ta' pajjiżna qed jiżdied. Tagħmel sena sħiħa tikkwota statistika ta' xhur partikolari, u taħbi l-fatt sempliċi li l-parti kbira tad-dħul tal-Gvern, b'mod partikolari mill-income tax, isir fl-aħħar tas-sena. Peress li dan il-fatt ġie rrimarkat mill-Gvern aktar minn darba, huwa xhieda tal-fatt li l-Oppożizzjoni trid biss tiżra' d-dubju, għad-dannu tal-familji u s-sidien ta' negozju.

Il-qagħda finanzjarja b'saħħitha ta' pajjiżna ġiet iċċertifikata kemm il-darba fl-aħħar ġimgħat. F'rapport ieħor, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Gvern Malti ħa azzjoni effettiva biex inaqqas id-defiċit. Il-Fond Monetarju Internazzjonali saħansitra kien iddefinixxa t-tnaqqis fid-defiċit ta' pajjiżna bħala 'impressjonanti' u wieħed mill-aqwa fost il-pajjiżi avvanzati.

Madankollu, l-aqwa ċertifikat għal pajjiżna jibqa' ġej mill-investitur lokali u barrani, li kompla jafda fid-direzzjoni ekonomika ta' pajjiżna. Dan qed iwassal biex pajjiżna ħoloq 20,000 post tax-xogħol fl-aħħar 4 snin, u, skont l-International Labour Organisation, Malta kienet wieħed minn sitt pajjiżi avvanzati biss mid-dinja kollha li r-rata ta' persuni jaħdmu llum hi aktar minn qabel il-kriżi internazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow