SERATA TA’ TIFKIRA F’GĦELUQ IL-MITT SENA MIT-TWELID TA’ ANTON BUTTIĠIEĠ
L-Uffiċċju tal-President flimkien mal-Akkademjatal-Malti tellgħu serata ta’ tifkira f’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ AntonButtigieg.
Għal din is-serata, li saret nhar il-Ġimgħa, 25ta’ Mejju fil-Palazz Verdala, attenda l-E.T. l-President George Abela, membrital-Akkademja tal-Malti kif ukoll qraba tal-Poeta Anton Buttigieg.
Matulha nqraw u ġew drammatizzati diversi xogħlijietletterarji ta’ Buttigieg, u kienu kantati wkoll numru ta’poeżiji tiegħu.
Il-President tal-Akkademja tal-Malti, is-SurCarmel Azzopardi, għamel diskors tal-okkażjoni dwar Anton Buttigieg, it-tieni President tar-Repubblika ta’ Malta, ul-awtur Immanuel Mifsud ħejja studjukritiku dwar il-poeżija ta’ Buttigieg ‘Ir-Raqda tal-Mewt’. Dr John Buttigieg,iben il-poeta, għamel kelmtejn bit-tema ‘Missieri, kif niftakru jien’.
Fis-serata ħadu sehem ukoll il-Prof. ManwelMifsud, Cynthia Zerafa, il-Mro Dominic Galea u l-kantanta Doreen Galea,l-atturi Shirley Blake, Renato Dimech, Fabian Scerri De Carlo u RoderickVassallo, bid-direzzjoni artistika ta’ Josette Ciappara.
Il-President Dr George Abela għamel diskorstal-għeluq li qed jiġi mehmuż ma’ din l-istqarrija.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017
pr1209a.pdf