Left arrow Go Back

MĦABBRA T-TIENI FAŻI TA’ SPEZZJONIJIET FIL-PLAYGROUNDS U KAMPANJA TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATURI

pr1206
Date Icon 28/05/2012

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-playground ta’ Baħar iċ-Ċagħaq kmieniwara nofsinhar, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-KonsumaturJason Azzopardi flimkien maċ-Chairmantal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħabbarit-tieni fażi ta’ spezzjonijiet, li l-Awtorità se tkun qed tagħmel fil-playgrounds kollha f’Malta u Għawdex lijaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. 

Wara li l-Awtoritàta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumaturippreparat flimkien ma’ dawk il-partijiet kollha konċernati, standard dwar il-maniġjar tal-playgrounds, liema standard huwa unikuf’dan is-settur, is-sena l-oħra Uffiċjali ta’ l-Awtorità wara perjodu ta’addestrament, ġew mgħallma u kkwalifikaw minn kumpanija Ingliza li tispeċjalizzafil-qasam tas-sigurtà, sabiex jispezzjonaw il-159 playground li hawn f’Malta u Għawdex, li jaqaw taħt ir-responsabbiltàtal Kunsilli Lokali. 

L-ewwel fażi kienet konċentrata l-iżjed fuq li jkunassigurat li kull ma jezisti fil-playgrounds,inkluż aċċess, art, apparat, dwal, iġene tal-post u l-affarijiet kollha m’humiexta’ periklu. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, il-Kunsilli Lokali ħadu dawkil-passi neċessarji fejn f’numru ta’ każijiet ċertu playgrounds ingħalqu biex ikun jista’ jsir dak ix-xogħol meħtieġ ub’hekk tkun aċċertata s-sigurtà f’dawn il-postijiet. 

Fit-tieni fażi l-ispetturi ta’ l-Awtorità sejrinjassiguraw li l-Kunsilli Lokali attwaw ir-rakkomandazzjonijiet li kienusarulhom wara l-ewwel fażi. F’din it-tieni żjara l-playgrounds sejrin jiġu kklassifikati skond kemm huma konformi ma’l-istandard MSA 3500. Fil-jiem li ġejjin, il-Kunsilli Lokali sejrin ikunu infurmatidwar it-tieni fażi u x’se tkun qiegħda tistenna minnhom l-Awtorità. 

Il-Ministru Azzopardi spjega dwar l-importanza lit-tfal għandhom jilagħbu f’post sigur, f’ambjent nadif u sabiħ. Huwa qal lidawn l-ispezzjonijiet ifissru serħan il-moħħ għall-eluf ta’ ġenituri li ta’kuljum jieħdu lill-uliedhom sabiex jilgħabu f’dawn il-playgrounds.

Il-Ministru Azzopardi ħabbar ukoll eżerċizzju importantiu ambizzjuz li l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur se tkun qed tibda fil-ġimgħat liġejjin. L-Awtoritàse tkun qed torganizza sensiela ta’ laqgħat mal-Kunsilli Lokalif’Malta u Għawdex. Dan se jsir primajament sabiex toffri aċċcessibbiltà għaldawk ir-residenti kollha li jsibuha diffiċli li jmorru direttament fl-uffiċċjitagħha. L-iskop aħħari huwa li l-Awtorità tlaqqa flimkien ir-residenti ta’ kulllokalità sabiex tiġi spjegata lilhom informazzjoni dettaljata dwar ix-xogħol litwettaq l-Awtorità, d-drittijiet u d-dmirijiet li huma jħaddnu bħala konsumaturi,kif ukoll jingħataw pariri u jintlaqaw l-ilmenti tar-residenti nfushom.L-Awtorità ħasset li m’għandiex tistenna li min għandu xi lment għandu joqgħodimur hu, speċjalment jekk ikun anzjan. "Dan huwa pass importantisabiex il-konsumatur ikun jista’ jsemma’ leħnu direttament mal-Awtorità ub’hekk tinħoloq relazzjoni importanti bejn il-konsumatur nnifsu u l-Awtorità" , qal il-Ministru Azzopardi. 

Huwa qal li sabiexl-Awtorità tkun aktar aċċessibli, din estendiet l-ħinijiet tal-ftuħ tagħha biexissa qed tkun miftuħa għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9 ta’filgħodu u t-3 ta’ wara nofsinhar. Il-Ministru Azzopardi ħabbar ukoll illif’Settembru li ġej l-Awtorità se tibda tiftaħ ukoll nofs ta’ nhar kull nhar ta’Sibt u b’hekk se tiffaċilita l-aċċess għall-Konsumaturi li ma jkunux jistgħujżuru l-uffiċċji matul il-ġimgħa. 

Fl-aħħarnettil-Ministru Azzopardi qal li permezz ta’ dawn it-tip ta’ inizjattivi, il-Gvernqed jissalvagwardja l-interessi tal-konsumaturi u b’hekk qed iressaq aktarviċin lill-Awtorità mal-konsumaturi. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow