SERVIZZ TA' CUSTOMER CARE TAS-SIGURTA' SOĊJALI MILL-KUNSILL LOKALI TAX-XAGĦRA
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, KonsultazzjoniPubblika u l-Familja jħabbar li mill-Erbgħa 30 ta’ Mejju 2012, id-Dipartimenttas-Sigurtà Soċjali se jibda jagħti servizz ta’ customer care mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex.
Dan is-servizz se jkompli jkabbar il-firxa ta’servizzi li d-Dipartiment diġà qed jagħti minn numru ta’ Kunsilli Lokalif’Malta, fosthom tal-Gudja, Ħ’Attard u l-Mellieħa. Is-servizz mogħti mill-Kunsill Lokalitax-Xagħra se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil-gżira Għawdxija.
Bis-saħħa ta’ dan is-servizz, residenti tax-Xagħrau ta’ rħula fil-madwar jistgħu jinqdew mill-Kunsill Lokali biex:
- japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju tas-sigurtà soċjali;
- jirraportaw kwalunke tibdil ta’ ċirkostanzi;
japplikaw għal, jew iġeddu l-karta r-roża
- jissottomettu ċertifikati tal-mard; u
- jagħmlu kwalunke talba għall-informazzjoni dwar kwalunkwe materja ta’ sigurtà soċjali
Dan is-servizz se jkun qed jingħata kull nhar ta’Erbgħa bejn it-8.00am u 12.00pm.
Dan qed isir bħala parti minn riforma fil-mod kifid-Dipartiment jagħti s-servizzi tiegħu lill-pubbliku, u li l-qafas tagħha kientħabbar mill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja ChrisSaid fis-7 ta’ Marzu li għadda.
Matul ix-xahar ta’ Ġunju, is-servizz se jkun qed jiġiestiż għal aktar Kunsilli Lokali, fosthom dawk tal-Għargħur, Pembroke, San Pawlil-Baħar u kif ukoll dak tal-Għarb, Għawdex.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017