Left arrow Go Back

TMEXXIJA EFFETTIVA TA’ SKEJJEL F’KULLEĠĠI – KUNSIDERAZZJONIJIET F’KUNTEST TA’ BIDLA

pr1203
Date Icon 28/05/2012

Imniedi ktieb ta’ Frank Fabridwar it-tmexxija tal-Kulleġġi

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol DoloresCristina, qalet li s-sistema tal-Kulleġġi diġà bdiet tagħti l-frott u għalkemm għad hemm x’wieħedjirranġa fiha, hi sistema li ġiet biex tibqa’. Il-Ministru kienet qed titkellem fl-okkażjoni tat-tnedija tal-ktieb“Tmexxija Effettiva ta’ Skejjel f’Kulleġġi – Kunsiderazzjonijiet f’Kuntest ta’Bidla”, miktub minnDr. Frank Fabri, Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Tereża. 

Fi ftit riflessjonijiet li għamlet dwar dinil-pubblikazzjoni l-Ministru Cristina qalet li kull bidla ġġib magħha sfidikbar.  Is-sistema edukattiva f’pajjiżnabħalissa għaddejja minnbidliet importanti li joffru ħafna sfidi. Waħda minndawn il-bidliet hi dik fit-tmexxija tal-iskejjel tagħna. 

Il-Gvern għandu 101 skola bejn primarji u sekondarjili fihom jattendu ftit anqas minn33,000 tifel u tifla.  Sa ftit ilu dawnkienu jitmexxew kollha miċ-Ċentru, bil-kumplikazzjonijiet li organizzazzjonita’ dan il-kobor iġġib magħha. Għalhekk inħolqot is-sistema tal-Kulleġġi likienet introdotta bil-mod u issa ilha taħdem b’mod sħiħ għal dawn l-aħħar erba’snin.  F’din is-sistema l-iskejjel tagħnainqasmu f’għaxar kulleġġi, b’medja ta’ 10 skejjel f’kull kulleġġ. L-iskejjel lijiffurmaw Kulleġġ partikolari jitmexxew minnPrinċipal b’mod kolleġġjali flimkien mal-kapijiet tal-iskejjel. 

F’dan il-ktieb, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħubil-Malti, Frank Fabri jibda janalizza r-riżultati ta’ din il-bidla li huflimkien mad-Diretturi Ġenerali tal-Edukazzjoni u l-Prinċipali l-oħra, qedimexxu ’l quddiem bl-għajnuna tal-kapijiet tal-iskejjel, l-għalliema ul-professjonisti oħra li llum għandna fl-iskejjel tagħna. 

L-awtur kontinwament jiddistingwi bejn is-sistemal-antika u dik wara li nħolqu l-Kulleġġi u jintroduċi termini ġoddafl-edukazzjoni jew jagħti definizzjoni ġdida lil xi termini li konna mdorrijinnużaw. Il-ktieb jikkwota l-ħin kolluminn evidenza lokali u internazzjonali, minn teoriji u prattiċi użatiuniversalment u jiġbor fih ukoll impressjonijiet tad-Diretturi Ġeneralital-Edukazzjoni, ta’ Prinċipali ta’ kulleġġi oħra u ta’ kapijiet u assistentikapijiet mill-għaxar kulleġġi li għandna. 

Fabri jagħmel diversi riflessjonijiet, jagħmelmistoqsijiet, jiċċalinġja u jipproponi ħsibijiet, kunċetti u prattiċi għaltmexxija effettiva tal-kulleġġi. Il-ktieb jiddiskuti wkoll qafas ta’ kollaborazzjoni u janalizzax-xejriet ewlenin dwar l-iżvilupp fit-tmexxija tal-iskejjel.

Frank Fabri, flimkien mal-Prinċipali l-oħra huambaxxatur tas-sistema tal-Kulleġġi. Studja dwarha, emmen fiha, ikkontribwixxabiex tkun irfinuta, ra kif ħadmet f’pajjiżi oħra u issa qed janalizzar-riżultati li bdiet tagħti f’pajjiżna u jqabbilhom ma’ dawk ta’ pajjiżi oħra,bl-iskop li nkomplu ntejbu din is-sistema biex tagħtina l-aħjar riżultatipossibbli, fl-interess tal-istudenti, tal-għalliema u tal-pajjiż kollu kemm hu. 

Il-Ministru Cristina qalet li r-riżultati miġburaf’dan il-ktieb għandhom jgħinuna biex nirranġaw is-sistema fejn hemm bżonn.Għandhom jiftħulna għajnejna dwar id-diffikultajiet li għadna nesperjenzaw ujiggwidawna biex inwittuhom. Qalet li għalhekk hi qed tistenna wkoll dak li sejoħroġ mill-Konferenza li l-MUT se jkollha għada dwar is-sistema tal-Kulleġġibiex minn dakli joħroġ ukoll wieħed jieħu dak li jista’ jkompli jtejjeb is-sistema. 

L-argument ewlieni f’din il-pubblikazzjoni, isegwitliet linji ewlenin ta’ ħsieb li huma marbuta ma’ xulxin. 

L-ewwel linja: Kap tal-Iskola jsir mexxej edukattiv b’taħriġ rilevanti li jindirizzal-prijoritajiet kurrenti u mhux dawk tradizzjonali biss u bi żviluppprofessjonali jiġġedded u jipprogressa b’mod effettiv u jagħmel id-differenzafavur it-titjib fl-iskola. It-tieni linja: Kap ta’ skola jmexxi f’komunità ta’mexxejja li tagħmel differenza fl-iskola f’kuntest fejn it-tmexxija m’għadhiexprerogattiva ta’ xi spazji u anqas ta’ gradi selettivi biss. It-tielet linja:Taħriġ rilevanti jindirizza prijoritajiet kurrenti u futuri biex il-mexxejjaedukattivi jkunu jistgħu jiksbu rwol ċentrali f’bidliet effettivi u ta’suċċess. 

Fl-aħħar tal-ktieb wieħed isib formula matematika litittraduċi f’mod sempliċi l-filosofija kollha ta’ dan il-ktieb. Il-bżonn ul-utilità ta’ taħriġ li jindirizza l-prijoritajiet kurrenti u futuri ul-iżvilupp professjonali li jgħaqqad it-teorija mal-prattika li jsawru mexxejedukattiv. 

Meta t-taħriġ professjonali u l-kollaborazzjonidemokratika jitħaddmu tajjeb flimkien jibbenefikaw minnhom il-mexxej ut-tmexxija effettiva. Jekk ma jkollniex mexxejja effettivi u tmexxija tajba r-riżultatikun li ma jkollniex skejjel effettivi. Din l-effettività rridu naħdmu u nitħejjew għaliha, ninvestu fiha u nsostnuhabiex ma nitilfuhiex minnfost il-mexxejja tal-iskejjel tagħna. 

Fi tmiem id-diskors tagħha l-Ministru rringrazzjat lilFrank Fabri għal din il-pubblikazzjoni u awgurat li s-suċċess miksubbis-sistema tal-Kulleġġi jkompli jissaħħaħ. 

Fil-bidu tat-tnedija, il-Ministru Cristina ppremjatlil Amy Slater, studenta fl-iskola sekondarja bniet tal-Kulleġġ Santa Tereża liftit tal-jiem ilu kienet ippremjata f’kompetizzjoni internazzjonali dwaril-klima, organizzata min-Nazzjonijiet Uniti, 

Dr. Frank Fabri għamel preżentazzjoni dwar il-ktiebfilwaqt li r-rimarki konklussivi saru minnProf. Grace Grima, Direttur Ġenerali għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni.Ħadu sehem ukoll l-orkestra tat-tfajliet u l-kors tas-subien tal-istess KulleġġSanta Tereża. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow