Left arrow Go Back

11–IL PERSUNA RIPATRIJATI LEJN IN-NIĠERJA FUQ TITJIRA TAL-FRONTEX

pr1170
Date Icon 24/05/2012

11–il persuna ta’ nazzjonalità Niġerjana kmieni dalgħodu ħallew Malta abbord titjira ta’ ripatrijazzjoni kordinata mill-Aġenzija tal-Fruntieri Ewropea Frontex. Dawn il-persuni kollha kellhom it-talba għall-ażil tagħhom miċħuda mill-awtoritajiet kompetenti Maltin. Huma kienu skortati minn membri tal-Korp tal-Pulizija abbord it-titjira lejn il-kapitali Niġerjana, Lagos.

Din kienet it-tieni titjira ta’ ripatrijazzjoni operata u finanzjata minn Frontex li waqfet f’Malta fl-aħħar ħmistax. Disa’ persuni oħra kienu ripatrijati fuq it-titjira preċedenti lejn l-istess destinazzjoni finali. It-titjira charter ta’ dalgħodu li kienet operata minn ajruplan Boeing 767 oriġinat mill-Awstrija u ħalliet Malta għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu. Fi triqtu lura aktar tard illum wara nofsinhar l-ajruplan mistenni jerġa’ jieqaf Malta biex iniżżel l-iskorti Maltin.

Dawn ir-ripatrijazzjonijiet kienu possibbli bil-ħidma tas-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija li fl-aħħar jiem irċeviet numru ta’ dokumenti tal-ivjaġġar ta’ persuni li kellhom it-talba għall-ażil miċħuda. Din il-ħidma ser tissokta.

B’din l-aħħar operazzjoni ta’ ripatrijazzjoni, in-numru ta’ persuni li ġew deportati minn Malta lejn pajjiżi differenti fl-Afrika fl-anqas minn xahrejn laħaq il-153.

Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici jirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija għall-ħidma importanti li qed iwettqu fil-qasam tal-immigrazzjoni illegali.

NOTA LILL-EDITURI:

Video clip ta’ minuta f’definizzjoni għolja ta’ din l-operazzjoni ta’ ripatrijazzjoni jista jitniżżel mill-URL http://dl.dropbox.com/u/4670789/Frontex_deportation_2505.mov 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow