IMSAĦĦA R-RELAZZJONIJIET FL-OQSMA TAL-AGRIKOLTURA U L-AKWAKULTURA BEJN MALTA U ISRAEL
Delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, fil-jiem li għaddew, żaret l-Israel biex tkompli tkattar ir-relazzjonijiet istituzzjonali u dawk ta' riċerka fl-oqsma tal-agrikoltura u l-akwakultura.
Waqt li kien f'Tel Aviv, il-Ministru Pullicino ltaqa’ mal-Ministru tal-Biedja fl-Israel, Orit Noket, fejn iddiskutew oqsma ta’ potenzjal għal koperazzjoni fl-agrikoltura u l-akwakultura bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Ministru żar ukoll il-fiera internazzjonali 'Agritech' fejn ltaqa’ ma’ bosta kumpanniji li esebixxew l-iżjed teknoloġiji innovativi f'dawn is-setturi.
Din iż-żjara kienet tinkludi wkoll waqfa fil-kumpless ta’ 'Mekorot', il-korporazzjoni statali li tipprovdi l-ilma kollu fl-Israel u territorji oħra. Hawnhekk ġew spjegati u mqabbla numru ta' proċessi li jintużaw f'dan l-impjant biex jiġi trattat l-ilma.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017