Left arrow Go Back

AKTAR KUMPANIJI ŻGĦAR JINGĦATAW ĊERTIFIKAZZJONI TA’ LIVELLI INTERNAZZJONALI, FILWAQT LI JKOMPLU JINVESTU U JŻIEDU L-IMPJIEGI

pr1131
Date Icon 18/05/2012

F’ċerimonja li saret kmieni waranofsinhar, il-kumpanija Terracore ġiet ippreżentata b’ċertifikat internazzjonali ta’ akkreditazzjoni magħruf bhala EN ISO/IEC 17025, mill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi.

Il-Kumpanija Terracore ilha mwaqqfa mill-1994 u tispeċjalizza fuq xogħol ta’ kostruzzjoni fosthom fit-tħaffir kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar, fl-ittestjar ta’ materjal tal-kostruzzjoni, f’moniteraġġ u surveys tipografiċi kif ukoll f’konsulenza fl-inġinerija. Il-kumpanija tagħmel xogħol kemm f’Malta kif ukoll fl-Afrika ta’ Fuq. Fost il-progetti kbar li wettqet, Terracore kellha f’idejha proġetti bħal dak tat-terminal taċ-Ċirkewwa, l-proġett ta’ Smart City, l-estensjoni tal-Power Station f’Delimara kif ukoll l-progett ta City Gate.

Fl-2008, il-Kumpanija għarfet tisfrutta l-potenzjal tagħha billi investit ‘il fuq minn miljun Ewro f’laboratorju ġdid sabiex tkun tista’ tiffoka x-xogħol tagħha fuq l-ittestjar fis-settur tal-kostruzzjoni. Dan huwa t-tieni laboratorju privat li ġie ċertifikat b’dan l-akkreditar.

Il-Ministru Azzopardi saħaq li kien grazzi għall-għaqal u investiment sod li għamlet din il-kumpanija, li rnexxielha tilħaq livell internazzjonali u b’hekk se tkun aktar kompetittiva u jkollha aktar opportunitajiet fis-suq bl-ogħla livell ta’ akkreditazzjoni.

Is-Sur Alfred Xerri, Direttur Generali ta’ Terracore spjega li mill-2008 meta l-kumpanija kienet timpjega 5 persuni, llum din timpjega 35 ruħ. Huwa spjega kif il-kumpanija sena ilu mxiet f’bini ġdid ta’ tlett sulari li jinsab fil-Mosta, u minħabba l-investiment kbir li għamlet u n-numru ta’ impjegati li żiedet, l-kumpanija tant kibret u sejra tajjeb li d-diriġenti qed ifittxu post akbar alternattiv.

Il-Ministru Azzopardi qal li grazzi għall-investiment ta’ kumpaniji kbar li għandhom fiduċja fl-ekonomija Maltija, dawn qed ikabbru l-investiment u jiġġeneraw aktar impjiegi f’pajjiżna. Huwa qal li l-akkreditazzjoni hija frott l-investiment u x-xogħol li jwettqu dawn il-kumpaniji, li huma kollha ntrapriżi żgħar, sabiex kontinwament jżommu standards internazzjonali ta’ kompetenza. Il-Ministru semma wkoll l-importanza li l-Unjoni Ewropea tagħti għar-rikonoxximent ta’ dawn it-tip ta’ servizzi li jitwettqu minn entitajiet akkreditati.

B’kollox f’Malta hawn 9 laboratorji li ħadu din it-tip ta’ ċertifikazzjoni. Il-laboratorji akkreditati huma involuti f’diversi oqsma li jinkludu forensika, kwalità tal-ikel, testijiet fuq toroq, u materjal ta’ kostruzzjoni, testijiet fuq ilma,  kalibrazzjoni ta’ mwieżen u testiji fuq prodotti taż-zejt.

Is-Sur Claudio Boffa, Direttur tal-Bord Nazzjonali dwar l-Akkreditament spjega li sabiex laboratorju jkun akkreditat irid jgħaddi minn-proċess rigoruż fejn jiġi evalwat kemm mil-lat amministrattiv kif ukoll tekniku. Huwa spjega kif waqt din l-evalwazzjoni jiġu ċċekjati fuq is-sit, fost l-oħrajn, is-sistema maniġerjali, il-kompetenza, il-metodu ta’ kif isir it-test u li l-apparat li jintuża u li tali apparat ikun mantnut fi stat tajjeb u jekk neċċesarjament kalibrat.

Fl-aħħar nett, il-Ministru Azzopardi rringrazzja lill-Bord għax-xoghol siewi li jwettaq sabiex tintlaħaq il-mira tal-Gvern biex Malta tkun ċentru ta’ eċċellenza. Huwa qal li dan it-tip ta’ xogħol joħloq ukoll numru ta’ opportunatjiet ukoll ta’ xogħol għal persuni kwalifikati u jkattar il-kultura ta’ titjieb kontinwu. Huwa tkellem dwar l-importanza li aktar kumpaniji jakkwistaw din iċ-ċertifikazzjoni, sabiex il-konsumatur ikollu l-opportunita’ li jixtri servizzi aktar ta’ kwalità u ta’ min jorbot fuqhom, filwaqt li tkun qegħda titjieb ukoll il-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku in ġenerali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow