STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI
pr1123
17/05/2012
Il-Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parliamentari jirreferi għall-istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni, l-Onor. Michael Falzon dwar l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Jidher ċar li l-Oppożizzjoni mhix infurmata korrettament dwar x’qiegħed jiġri fil-ħabs. Preżentement fil-Faċilità hemm total ta’ ħdax–il kelb. Sebgħa minn dawn, sitta tar-razza springer u wieħed tar-razza labrador jintużaw esklussivament għat-tiftix tad-droga.
Dawn il-klieb huma għodda importanti tal-Faċilità fil-ħidma tal-uffiċċjali tagħha biex jinterċettaw id-droġa – liema ħidma waslet biex jinqabdu numru ta’ persuni huma u jippruvaw idaħħlu d-droga fil-faċilità meta jżuru lil qrabathom, inkluż erba’ persuni li naqbdu fl-aħħar xahar.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017