Left arrow Go Back

TITINIEDA R-RABA’ GRAND PRIX ORGANIZZATA MILL-VALLETTA GRAND PRIX FOUNDATION

pr1112
Date Icon 16/05/2012

L-Onor. Mario de Marco, Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, u l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, niedew l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Imdina Grand Prix 2012 organizzata mill-Valletta Grand Prix Foundation b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS). Din l-attività tinvolvi tlielaq u wirijiet ta’ vetturi

klassiċi u storiċi. 

Din l-attività li qed tittella għar-raba’ sena konsekuttiva mill-Valletta Grand Prix Foundation se ssir bejn il-11 u l-14 ta’ Ottubru 2012 fl-Mdina u l-akkwati tal-madwar. Din ser terġa tiġi tittella’ għat-tieni darba fl-Mdina. Din l-attività se tibda l-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru b’Hill Climb miftuħ għall-vetturi klassiċi u Concurs d’Elegance, fejn il-karozzi se jkunu għall-wiri fil-pjazza tal-Katidral fit-12 ta’ Ottubru.  

Il-Ministru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco qal li l-Imdina Grand Prix sar avveniment annwali li jsaħħaħ il-prodott turistiku ta’ pajjiżna. Mario de Marco qal li avvenimenti bħal dan jattiraw turisti li huma interessati fl-isport. Fakkar li t-turiżmu sportiv huwa niċċa tas-settur turistiku ta’ pajjiżna li l-Gvern u s-settur privat qed jikkollaboraw flimkien biex ikomplu jkattruh. Il-Ministru de Marco qal ukoll li l-avvenimenti bħall-Imdina Grand Prix jindirizzaw l-isfida tal-istaġġjonalità u għalhekk jgħinu biex isaħħu l-operat tal-kumpanniji fis-settur u b’hekk jisaħħaħ ix-xogħol u l-ekonomija ta’ pajjiżna. 

L-Onor. Clyde Puli Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport qal li l-Gvern jappoġġja attivitajiet li jqanqalu interess qawwi fost id-dilettanti sportivi Maltin filwaqt li jikkontribwixxu wkoll lejn l-ekonomija tal-pajjiż permezz ta’ turiżmu sportiv. Huwa spjega kif f’2009 tnediet skema ta’ Turiżmu Sportiv għall-għaqdiet sportivi reġistrati mal-KMS biex jattiraw kompetizzjonijiet u taħriġ minn sportivi barranin. Is-Segretarju Parlamentari Puli qal li permezz ta’ din l-iskema, fi 3 snin l-għaqdiet sportivi ġabu lejn pajjiżna aktar minn 134,000 bednight li huma stmati li ħallew €7.3 miljun fl-ekonomija Maltija. F’4 snin l-għaqdiet sportivi se jkunu ggwadanjaw madwar miljun Ewro bejniethom minn din l-iskema. 

Min-naħa tiegħu s-Sur Joe Said, Viċi Chairman tal-VGPF sostna li skont l-interess li rċivew din is-sena minn parteċipanti prospettivi jidher li l-parteċipazzjoni ta’ din is-sena se tkun suċċess. Hu żied li l-Fondazzjoni tirringrazzja lill-MTA u l-KMS għas-sostenn tagħhom, kif ukoll lill-Kunsilli Lokali tal-Imdina tar-Rabat u tal-Imtarfa li l-appoġġ tagħhom kien strumentali biex din it-tiārija tkun tista’ tittella’ f’dan il-post. 

Is-Segretarju tal-Fondazzjoni, is-Sur Charles Zahra ta dettalji fuq iċ-ċirkwit li se jkollu distanza ta’ 2.2 kilometri. 

Il-formoli ta’ applikazzjoni u l-gwida teknika għall-parteċipanti jistgħu jinkisbu mis-sit tal-VGPF.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow