Left arrow Go Back

PROĀETT IEĦOR TAL-ETC BIEX JINĦOLQU L-IMPJIEGI U JGĦIN NGOs JAGĦTU

pr1106
Date Icon 16/05/2012

Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) illum nediet il-proġett Employment in the Social Economy li qed isir bi sħab mal-MEUSAC u mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Volontarjat. Dan il-proġett, b’fond ta’ €1.1 miljun mill-Fond Soċjali Ewropew, hu stmat li se joħloq 200 impjieg. Permezz tiegħu se jitkattru l-opportunitajiet ta’ impjieg għal gruppi żvantaġġjati jew persuni bi bżonnijiet speċjali; se titjieb l-indipendenza finanzjarja ta’ dawn in-nies u ma jħallihomx ikunu esklużi jew emarġinati soċjalment, u fl-istess ħin se jgħin lis-settur volontarju biex ikabbar il-kapaċità li joffri servizzi. 

Għaqdiet volontarji li jħaddmu magħhom persuni li jidħlu fil-kriterji marbuta ma’ din l-iskema jingħataw is-somma ta’ €4,500 fis-sena għal kull persuna li jħaddmu fuq bażi full time u jżommuh fl-impjieg għal sena; jew €2,250 għal kull persuna li jħaddmu fuq bażi part-time. 

Waqt it-tnedija tal-proġett, il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said qal li dan se jgħin direttament lis-settur volontarju biex ikun jista’ jkompli bil-ħidma tiegħu, u se jkun qed jgħin biex ikunu ġġenerati aktar impjiegi għal persuni vulnerabbli jew persuni li għad ma rnexxielhomx jidħlu fis-suq tax-xogħol. 

Il-Ministru Chris Said tkellem dwar ir-rwol tal-NGOs fis-soċjetà Maltija. F’pajjiżna għandna settur tal-Volontarjat qawwi ħafna li jagħmel ħafna ġid fil-komunità.  Dan is-settur qed jipprovdi l-aqwa servizzi, anke professjonali lil numru ta’ persuni vulnerabbli u biex jagħti dawn is-servizzi jkollu jimpjega professjonisti li jrid iħallashom. L-NGOs qed jikkontribwixxu biex jinħoloq il-ġid fil-komunità; qed jgħinu individwi u komunitajiet biex jaħdmu ħalli jirriġeneraw l-ambjent lokali; qed joħolqu modi ġodda kif jingħataw servizzi pubbliċi u biex tkun żviluppata soċjetà aktar inklussiva u ċittadinanza attiva. 

Il-Ministru Chris Said fakkar li l-Gvern diġà jgħin lil dawn l-għaqdiet li jagħtu sehemhom fl-ekonomija soċjali. Din is-sena l-Gvern qassam kważi €3 miljuni lil numru ta’ għaqdiet volontarji minn fond apposta maħsub biex jgħinhom.  Dan barra minn għajnuna oħra li tingħata, bħal per eżempju postijiet b’kera sussidjat filwaqt li lil oħrajn il-Gvern għaddielhom proprjetà biex joperaw minnha.  

It-tnedija tal-proġett saret flimkien maċ-Chairperson tal-ETC Dr. Sandra Sladden u mal-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Stephen Spiteri. 

Kull min jixtieq aktar informazzjoni dwar il-proġett Employment in the Social Sector jista’ jibgħat email fuq esep.etc@gov.mt jew iċempel fuq 2220 1251. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow