STQARRIJA MIR-RAPPREŻENTANT PERMANENTI TA’ MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA, RICHARD CACHIA CARUANA
Dak li xandret il-media tal-Partit Laburista dwar laqgħa li suppost saret nhar il-Ħadd li għadda bejni u bejn ic-Chairman tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Francis Zammit Dimech hi invenzjoni mill-bidu sal-aħħar. Fil-ħin li qed issemmi l-media Laburista, jien ma kont fl-ebda lukanda, la fejn qed tgħid il-media Laburista u lanqas f’xi lukanda oħra.
Għalkemm din il-laqgħa ma saritx, hu ovvju li bħala Rappreżentanti Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea niltaqa’ ħafna drabi mac-Chairman tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Dak hu xogħolna wkoll.
L-uniku membru tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej li jien rajt, sellimli u sellimtlu lura nhar il-Ħadd li għadda waqt li kont fil-lukanda li qed issemmi l-media Laburista, kien id-deputat Laburista Dott. Luciano Busuttil.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017