STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
Oppożizzjoni maqtugħa mir-realta’ mal-iżviluppi fl-edukazzjoni
Dott. Muscat kompla juri kemm hu maqtugħ mir-realtajiet tal-pajjiż meta f’attivita’ politika dal-għodu qal li min irid jitħarreġ qed isib il-bibien magħluqa meta fil-fatt qatt daqs il-lum fil-pajjiż ma kien hawn opportunitjaiet ta’ studju u taħriġ. Illum żdiedu u hawn firxa wiesgħa ta’ korsiijiet għal nies ta’ kull età. F'4 snin żdiedu wkoll l-opportunitajiet ta' xogħol, tant li f'dan il-perijodu nħolqu 20,000 impjieg ġdid.
L-Università llum toffri aktar minn 700 kors differenti u għandha aktar minn 12,000 student filwaqt li fl-MCAST aktar minn 6,000 student jistgħu jagħżlu minn firxa ta’ aktar minn 300 kors differenti.
Eluf oħra kull sena jieħdu taħriġ permezz ta’ korsijiet offruti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ biex itejbu l-ħiliet tagħhom u javvanzaw fix-xogħol jew jieħdu opportunitajiet ġodda ta' xogħol.
Għall-kuntrarju fi żmien Gvern Laburista biex tidħol l-Università ried ikollok parrinu filwaqt li kien Gvern Laburista wkoll li kien għalaq l-MCAST li reġa’ nfetaħ minn Gvern Nazzjonalista li dejjem investa bil-qawwi fl-edukazzjoni. Gvern Laburista kien bagħat ukoll lill-istudenti jiddejjnu billi qata’ l-istipendji.
Dwar l-allegazzjoni ta’ xogħol prekarju fl-MCAST Dott Muscat messu jaf li l-għalliema fl-MCAST għandhom Ftehim Kollettiv li kien negozjat mill-MUT.
Il-Bord tal-Gvernaturi u l-management tal-MCAST jirrispettaw dan il-ftehim u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha. Il-ħaddiema li jgħallmu filgħaxija jingħataw kuntratt ta’ “part timers” għax jaħdmu part time. Dawn il-ħaddiema jgawdu mill-kundizzjonijet u d-drittijiet kollha marbuta ma’ dan it-tip ta’ kuntratt, skont il-liġijiet tal-pajjiż. Hu ċar li Dott Muscat qed jitkellem bl-addoċċ.
Dott Muscat semma wkoll l-LSAs iżda ma qalx li Malta għandha l-ogħla rata ta’ inklużjoni tal-istudenti u dan grazzi għall-investiment li sar f’diversi oqsma ta’ sapport lill-istudenti, inkluż in-numru ta’ Learning Support Assistants li qed jiġu pprovduti kemm fil-livell tal-primarja kif ukoll fis-sekondarja. Il-Gvern jipprovdi lill-istudenti li għandhom bżonn LSAs kemm jekk imorru fi skejjel tal-gvern, tal-knisja u privati.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017