Left arrow Go Back

RIKONOXXIMENT LILL-INFERMIERA FIL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-INFERMIERA

pr1083
Date Icon 12/05/2012

“Ir-rwol tal-infermier huwa essenzjali f’kull sistema tas-saħħa, u jirrikjedi mhux biss għarfien professjonali, imma wkoll dedikazzjoni kostanti”

Hekk stqarr il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Hon Joe Cassar waqt okkażjoni informali flimkien ma numru ta infermiera fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali dedikat għall-Infermiera.  Imdawwar b’l-aktar infermiera li ilhom, u għadhom jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa lokali, il-Ministru Cassar qal kif l-infermier imiss ma kull naħa tas-servizzi tas-saħħa.  

Dr Cassar wera r-rikonoxximent tiegħu lejn l-infermiera kollha li jaħdmu fl-oqsma differenti tas-servizzi tas-saħħa, kemm dawn pubbliċi u privati, kif ukoll lejn dawn l-infermiera u għalliema li jużaw l-esperjenza u għarfien tagħhom sabiex dawk li qed jieħdu t-taħriġ tagħhom jaslu biex isiru infermiera professjonisti.  Il-Ministru Cassar qal li l-pazjent huwa dak li jibbenefika mhux biss mill-ħidma u t-tagħrif tal-infermier, iżda wkoll mill-umanità li l-infermier juri lejn pazjenti f’mumenti partikolari ta ħajjithom.

Hu spjega kif l-infermiera li dalgħodu attendew l-attività urew ukoll kemm għandhom il-pazjent għall-qalbhom anke peress li d-deċiżjoni li jibqgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom fissret li għamlu dan b’umiltà bħala infermiera fi gradi elementariu fis-servizz.

Il-Ministru Cassar awgura li d-dedikazzjoni u l-enerġija tal-infermiera preżenti għall-okkażjoni, li minkejja li qabżu l-età tal-pensjoni iddeċidew li jibqgħu jagħtu l-kontrubut tagħhom, jintużaw bħala sors ta ispirazzjoni minn min għadu jibda l-karriera fi ħdan din il-professjoni.

 Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Mario Galwa qal li l-kontribut li n-nurses jagħtu lis-soċjetà huwa kbir ħafna u minħabba li s-servizz tagħhom imiss ma’ sitwazzjonijiet sensittivi mhux dejjem ikunu apprezzati biżżejjed u daqs kemm ħaqqhom. In-nurses jiċċelebraw il-hajja, janimawha u jieħdu ħsiebha b’impenn u imhabba. In-nurses jieqfu lit-traġedji bl-enerġija tagħhom u jagħmlu min kollox biex isalvaw l-individwu konċernat.

Mario Galea żied jgħid li n-nurses illum qed ikomplu l-istudji tagħhom u qed jimirħu iktar. Mill-1989 sal-2011 iggradaw 6 Ph.D, 42 M.Sc, 481  Baccelarat u 694 Diploma. Dan fisser total tà 1217-il gradwat, 

Mill-1989 sal-2011 49 nurse ħadu Baċċelerat fis-Saħħa Mentali u 48 diploma fl-istess suġġett. 15-il nurse fil-perjodu imsemmi iggradwaw B.Sc Community Nursing

Fi-tmiem l-attività l-infermiera ġew preżentati b’tifkira tal-okkażjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow