Left arrow Go Back

SKOLA SEKONDARJA F’GĦAWDEX TIBBENEFIKA MILL-PROĠETT ‘KREATTIV’

pr1081
Date Icon 12/05/2012

Ħajt kbir fl-entratura tal-iskola sekondarja tal-bniet fil-Konservatorju tal-Isqof f’Għawdex, ġie mżejjen b’możajk ikkulurit li jesprimi l-ħajja taħt il-baħar. L-ilwien  ta’ biċċiet ta’ madum u ħġieġ użati mill-artista bl-għajnuna tal-istudenti u l-għalliema tagħhom irnexxielhom joħorġu stampa realistika u artistika tal-fondali marittimi li jiċċirkondaw il-gżejjer tagħna.

Din l-inizjattiva kienet possibli permezz tal-proġett ‘Kreattiv’ immexxi mill-Ministeru għat-Turiżmu, Ambjent u Kultura, bil-għan li  jippromwovi l-kreattività u l-kultura fost l-istudenti Maltin u Għawdxin.

Dan il-możajk ġie inawgurat mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex fil-preżenza tal-Eċċellenza Tigħu Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex u ta’ Dr Rose Anne Cuschieri, Direttur għas-Servizzi Edukattivi tal-Iskejjel tal-Knisja f’Malta. Attendew ukoll il-Kap tal-iskola flimkien mal-istudenti li ħadu sehem fil-proġett u l-edukaturi tagħhom.

L-Onor. Debono faħħret l-inizjattiva meħuda mill-iskola fl-applikazzjoni li ssottomettiet għall-proġett ‘Kreattiv’ li wasslet biex din l-inizjattiva tiġi kkunsidrata li tirċievi għajnuna finanzjarja għat-twettieq ta’ dan il-możajk. Fissret kif il-parteċipazzjoni fi proġetti bħal dawn iwessgħu l-perspettivi edukattivi tal-istudenti u jgħinuhom fil-kisbiet ta’ ħiliet u kompetenzi li jirriżultaw f’edukazzjoni ħolistika. ‘Dan jikkontribwixxu biex inthom l-istudenti minbarra li titgħalmu suġġetti akkademiċi tiksbu wkoll formazzjoni sħiħa tal-karattru’, żiedet tgħid il-Ministru Debono.  

Din l-inizjattiva kellha kollaborazzjoni sħiħa mill-artista Mary Portelli li f’dawn l-aħħar snin kisbet reputazzjoni għal dan it-tip ta’ xogħol f’diversi forom u qisien. Il-mużajk huwa twil ħames metri. Hija kienet mgħejjuna mill-għalliem tal-arti fl-iskola Jason Farrugia flimkien ma’ studenti bniet li qed jattendu l-Form 4.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow