Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI

pr1076
Date Icon 11/05/2012

Illum wara nofsinhar il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici irċieva r-rapport tal-inkjesta tal-Maġistrat (illum Imħallef) Dr Jacqueline Padovani LL.D., LL.M. (IMLI) dwar l-inkjesta tal-qtil ta’ Bastjan Borġ ġewwa Ħal Qormi minn membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi tad-doveri tagħhom fl-4 ta’ Mejju 2007.

Il-Maġistrat Padovani ikkonkludiet illi l-membri tal-Korp involuti aġixxew f’dan il-każ “in leġittima difesa” f’ċirkostanzi li juru “b’mod ċar illi l-agressjoni subita mill-Pulizija kienet gravi, inġusta u inevitabbli.”

Il-magistrat hija għalhekk tal-fehema li “x-xhieda u l-fatti stabbiliti juru manifestament li (l-pulizija involuti) f’dan il-każ fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Mejju 2007 fl-inċidenti li wassal għall-mewt ta’ Bastjan Borg aġixxew in leġittima difesa.”

Barraminhekk il-Maġistrat għamlet numru ta’ rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu ttrattati każijiet bħal dawn, liema rakkomandazzjonijiet qed jiġu evalwati mid-Dipartimenti tal-Gvern ikkonċernati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow