Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT L-ONOR. TONIO FENECH WAQT L-INAWGURAZZJONI TAS-SAFI AVIATION PARK, ĦAL SAFI – IL-ĦAMIS 10 TA’ MEJJU 2012

pr1061
Date Icon 10/05/2012

Prim Ministru,

Ministru,

Mistiednin Distinti,

Inġbarna f’dan l-isfond imponenti llum biex niċċelebraw milja importanti oħra għall-pajjiżna, għall-poplu tagħna, għall-iżvilupp ekonomiku tagħna, għall-viżjoni tagħna li għandna għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.

Ftit tal-jiem ilu, pajjiżna ċċelebra t-tmien anniversarju mis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea. Bejn wieħed u ieħor għaxar snin ilu mil-lum, konna fl-eqqel tad-diskussjoni dwar din id-deċiżjoni tant importanti. Punt li spiss tqajjem f’din id-diskussjoni kienet kemm pajjiżna se jkun jista’ jilqa’ għall-kompetizzjoni dejjem akbar li konna se naffrontaw.

Is-settur tal-avjazzjoni, li għaxar snin ilu kien iħaddem madwar mitt ruħ, illum iħaddem ’il fuq minn elf, attira investiment ta’ kwalità u jilqa’ fih ismijiet prestiġjużi minn madwar il-kontinent. 

L-investiment tal-Gvern biex jiżdiedu l-impjiegi jinkludi l-ispazju mogħti lil numru ta’ fabbriki f’Ħal Safi, it-taħriġ u l-edukazzjoni li qed nagħtu lill-istudenti tagħna u l-investiment infrastrutturali, li qed jilħaq il-milja tiegħu bl-inawgurazzjoni ta’ dan il-Park tal-Avjazzjoni b’valur ta’ 17-il miljun Ewro fuq medda ta’ 200,000 metru kwadru. Kruċjali wkoll kien il-ħolqien ta’ reġistru tal-ajruplani li daħal fis-seħħ f’Ottubru 2010, u li permezz tiegħu pajjiżna diġà attira wieħed mill-akbar operaturi ta’ jets fl-Ewropa, Hangar8.

Iżda l-aħbar importanti għall-ħaddiema tagħna, għall-mijiet ta’ żgħażagħ li jiggradwaw kull sena, li qabel dan il-Park qed jiġi inawgurat uffiċjalment, diġà rajna numru ta’ investimenti importanti fih, minn kumpaniji internazzjonali stabbiliti. Dal-għodu ħabbarna aktar investiment f’dan il-qasam.

Dan huwa biss wieħed minn aktar minn 130 storja ta’ suċċess, 130 storja ta’ investiment li rajna fl-aħħar 4 snin biss, fejn taħlita ta’ investituri lokali u barranin fdaw f’pajjiżna xejn anqas minn 320 miljun Ewro, f’investiment li se jħaddem mat-3,400 persuna fuq tliet snin.

Dan kien riżultat ta’ ħidma bla waqfien, fuq diversi livelli. L-ewwelnett, għaliex investejna f’pajjiż attraenti għall-investitur. Dan jinkludi l-investiment kapitali, fl-impjanti li jsaħħu l-provvista tal-enerġija, fit-toroq, fiż-żoni industrijali tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow