Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN

pr1048
Date Icon 09/05/2012

Il-vapur Azzurra jħalli l-port ta’ Tripli

Il-vapur Azzura ħalla l-port ta’ Tripli llum wara nofsinhar.  Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi intervjena u tkellem mal-Prim Ministru Libjan Abdurrahim El-Keib biex il-vapur jitħalla jitlaq mill-Libja.  Saru wkoll laqgħat kemm f’Malta u kemm fil-Libja bejn il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg u l-ogħla awtoritajiet tal-Gvern Tranżitorju Libjan.  Il-vapur seta’ jsalpa mill-port wara li saru dawn l-interventi u l-laqgħat. L-Ambaxxatur Malti għal Libja, is-Sur Victor Camilleri kien preżenti għal dawn il-laqgħat fi Tripli.

Il-vapur ta’ sidien Maltin kien ilu diversi jiem maqbud fil-Port ta’ Tripli wara xi differenzi li rriżultaw bejn is-sidien tal-vapuri u l-awtoritajiet Libjani. Numru ta’ ħaddiema Maltin li kienu fuq dan il-vapur kienu diġà rritornaw Malta jiem ilu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow