Left arrow Go Back

MESSAĠĠ MILL-ONOR. CHRIS SAID, MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA, WAQT IL-PREŻENTAZZJONI TAR-RAPPORT TAR-RABA’ SENA ĦIDMA

pr1039
Date Icon 08/05/2012

Kull persuna tagħmel diversi għażliet f’ħajjitħa, ta’ edukazzjoni, taħriġ, xogħol, divertiment, stil ta’ ħajja. Kull persuna għandha ssib l-ispazju li tiżviluppa bl-għażliet li tagħmel, b’aktar opportunitajiet fl-edukazzjoni u fix-xogħol fost l-oħrajn.  Fl-istess waqt il-politika tal-Gvern hi li jgħin l-aktar lil min għandu l-aktar bżonn.  Irridu li ħadd ma jaqa’ lura. 

F’dawn l-4 snin daħħalna diversi skemi u inizjattivi, filwaqt li tejjibna l-benefiċċji soċjali.

Kull sena l-Gvern qed iżid il-budget għall-qasam soċjali biex jgħin lil min l-aktar għandu bżonn partikolarment lil tfal u familji vulnerabbli, biex jagħti aktar servizzi lill-persuni b’diżabilità u biex iħallas il-benefiċċji soċjali lill-anzjani u lir-romol.

Din is-sena in-nefqa tal-Gvern fuq benefiċċji soċjali hi ta’ €749 miljun. Din tfisser żieda ta’ €124 miljun fuq l-2008.  

Il-Gvern qed jiddedika €2.5 miljun kuljum biex jagħti servizzi għall-persuni b’diżabilità, għall-anzjani, għar-romol, tfal li jkunu f’riskju …... Aħna jimpurtana minn kull wieħed u waħda minnkom.

Illum l-anzjani qed igawdu minn żieda sħiħa fil-pensjoni, bħalma jieħdu l-ħaddiema, u jekk iridu jistgħu jibqgħu jaħdmu.

Il-pensjonanti, din is-sena, qed jaqilgħu elf Ewro aktar milli kienu jaqilgħu fl-2008. 

Din is-sena lill-anzjani li għandhom 80 sena jew aktar u li jgħixu waħidhom jew mal-familja, ingħataw allowance gdid ta’ 300 Ewro.

Bejn l-2008 u l-2012, il-paga minima żdiedet b’elf Ewro.

Minn din is-sena erġajna żidna r-rata minima tac-childrens allowance b’€100 oħra għal €350.  Tfal f’familji bi dħul baxx jingħataw aktar children’s allowance.  Żidna wkoll l-allowance għal fostered children u t-tfal b’diżaiblità.

Il-persuni b’diżabilità li jirċievu l-pensjoni tad-diżabilità severa, minn din is-sena jistgħu jaħdmu u jaqilgħu sal-paga minima bla ma jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom.   F’erba’ snin 350 persuna b’diżabilità ngħataw għajnuna finanzjarja biex jagħmlu d-dar tagħhom aktar aċċessibli.  Lit-tfal fl-iskejjel li għandhom xi diżabilità jew bżonn ta’ attenzjoni speċjali qed nagħtuhom Learning Support Assistant magħhom.  3,250 tifel u tifla għandhom Learning Support Assistant.

Fil-budget għal din is-sena il-Gvern daħħal inizjattiva li permezz tagħha persuna b’diżabilità severa u li tiżżewweġ ma titlifx il-pensjoni tagħha minħabba d-dħul tal-mara jew tar-raġel tagħha.  Ir-romol, li jiżżewwġu, mhux se jitilfu aktar il-pensjoni tar-romol.

Ix-xogħol jagħti dinjità lill-bniedem.  U għalhekk tejjibna l-kundizzjonijiet tax-xogħol.  Żidna b’ġimgħatejn l-maternity leave għal 16 minn din is-sena u għal 18 oħra mis-sena d-dieħla.  Tejjibna l-kundizzjonijiet ta’ dawk li jagħżlu li jaħdmu part-time. 

F’dawn l-erba’ snin ħloqna 20,000 impjieg ġdid u għalhekk żdiedu l-opportunitajiet ta’ xogħol u żdiedu l-opportunitaijet biex persuna ttejjeb l-impjieg u d-dħul tagħha. 

Il-kisbiet li qed jirnexxilna nagħmlu bħala pajjiż, ilkoll flimkien, huma riżultat ukoll tad-djalogu soċjali b’saħħtu li bnejna tul is-snin.

Illum is-soċjetà ċivili u rappreżentanti tal-ħaddiema u min iħaddem jipparteċipaw u jsemmgħu leħinhom dwar dak li jkun għaddej f’pajjiżna, kif ukoll dwar il-ħidma tal-Unjoni Ewropea.  Jagħmlu dan fl-MCESD, fil-MEUSAC, jew f’waħda mill-istrutturi fi ħdan dawn l-istess entitajiet. 

Minbarra li jservi bħala forum għad-diskussjoni, il-MEUSAC joffri wkoll għajnuna lill-Kunsilli Lokali u għaqdiet mhux governattivi biex jiksbu fondi mill-Unjoni Ewropea.  Fi tliet snin, il-MEUSAC għen biex inkisbu aktar minn €13-il miljun f’fondi mill-Unjoni Ewropea biex isiru aktar minn 90 proġett – flus li qed jintużaw sabiex titjieb il-kwalita’ tal-ħajja tiegħek, fil-lokalità tiegħek.

Fil-qasam tal-Ġustizzja, daħħalna l-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi u b’hekk ġiet introdotta sistema ta’ parole kif ukoll miżuri ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ reati.

Daħħalna r-reġistru għal min iwettaq reati sesswali fuq it-tfal, biex nipproteġu lit-tfal. 

Il-ħidma hija kbira f’kull qasam, u daqstant ieħor hi d-determinazzjoni tagħna li nkomplu nibdlu ’l pajjiżna biex int tgħix ħajja aħjar u nkomplu noħolqu x-xogħol għalik.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow