Left arrow Go Back

APPROVATA L-ĦATRA TA’ MAĠISTRAT ĠDID

pr1034
Date Icon 07/05/2012

Il-Kabinett tal-Ministri dalgħodu approva n-nomina tal-Avukat Dr. Ian Farrugia bħala Maġistrat fil-Qrati ta’ Malta.

Dr. Ian Farrugia twieled nhar id-29 ta’ Diċembru 1970 f’Ħ’Attard. Hu ggradwa bħala Avukat mill-Università ta’ Malta fl-1995.  Ipprattika l-professjoni tiegħu f’uffiċċju legali u speċjalizza fil-Liġi Kriminali.

Fl-2004 serva bħala membru ta’ bord ta’ inkjesta maħtur mill-Bord tal-Koperattivi.  F’Ġunju 2010 inħatar President tal-Council for the Professions Complimentary to Medicine imwaqqaf bl-Att dwar il-Professjonijiet fil-Kura tas-Saħħa.

Dr. Farrugia hu miżżewweġ lil Lynn nee` Gaskell u għandhom tifel.

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said jifraħ lill-Maġistrat il-ġdid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow