STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
Dalgħodu Dott Muscat reġa kkritika proċess ta’ konsulazzjoni li kien qiegħed għaddej mal-professjonisti li jaħdmu l-iSptar Mater Dei. Iżda Dott Muscat innifsu ma ndunax li il-bieraħ kienet l-Oppożizzjoni stess li kkonfermat dak li kien stqarr il-Ministeru għas-Saħħa aktar kmieni – mhux veru li ttieħded deċiżjoni biex jiċċaqalqu xi servizzi ta rijabilitazzjoni mill-iSptar Mater Dei.
Dalgħodu Dott Muscat qal li l-Ministeru baqa’ sieket meta l-Oppożizzjoni ħarġet dawn l-emails. Il-fatti juru mod ieħor,u anke Dott Muscat jista’ jaqra b’mod ċar dak li stqarr il-Ministeru l-bieraħ -http://doi.gov.mt/EN/press_releases/2012/05/pr1018.pdf
Din mhix l-ewwel darba li l-Oppożizzjoni għamlet dikjarazzjonijiet mibnija fuq nofs veritajiet sforz in-negattivita li issa hija sinonima magħha. Iżda issa li l-Oppożizzjoni wkoll indunat li fil-fatt il-baġit għas-saħħa għal din is-sena żdied b’29 miljun Ewro, u li l-Gvern qiegħed ikompli jinvesti f’aktar servizzi tas-saħħa, issa qed toġġezzjona li l-ħaddiem jiġi kkonsultat.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017