Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL- KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U L-KONSUMATUR

pr1015
Date Icon 04/05/2012

Risposta għall-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Dr Michael Farrugia u Dr Chris Cardona

Is-self employed u s-sidien tan-negozji żghar qed jieħdu skemi tal-Gvern u qed jinvestu aktar u jimpjegaw aktar ħaddiema.

L-oppożizzjoni laburista kontinwament tipprova taqta’ qalb min qed jinvesti ħinu u flus għal rasu u jimpjega n-nies miegħu.  Mill-banda l-ohra sidien ta’ negozji żghar u medji u self employed qed jieħdu u jgawdu minn skemi tal-Gvern u qed jinvestu aktar u jimpjegaw aktar ħaddiema magħhom.

 L-oppozizzjoni laburista qed twiegħed kollox lil kulħadd u jekk ikollha l-poter f’idejha ddaħħal taxxi biex tiffinanzja l-wegħdi li qed tagħmel.  B’aktar taxxi jbati minn jaħdem għal rasu kif kien ġara meta l-Partit Laburista kien l-aħħar fil-Gvern għaliex naqsu l-flus fl-idejn.   

Il-Gvern naqqas it-taxxi, kompla ħoloq ambjent ekonomiku biex jitkattar il-kummerċ u x-xogħol.  Dan sar bi proċess ta’ konsultazzjoni.   Biżżejjed insemmu li f’dawn l-aħħar sentejn biss l-Gvern għamel konsultazzjoni pubblika sabiex jinħoloq l-Att ghan-Negozji ż-Żghar, sabiex tinbidel il-liġi tal-koperattivi, sabiex tinbidel il-liġi li tikkonċerna is-swieq fil-beraħ, u issa l-Gvern beda proċess ieħor ta’ konsultazzjoni sabiex jiġu reveduti l-liġijiet tal-kummerċ. Dawn il-proposti radikali għall-emendi fil-liġi tal-kummerċ se jkomplu jnaqqsu il-burokrazija u jżiedu l-effiċjenza. Fost ohrajn qed ikun propost li negozju ġdid ma jkollux bżonn jimla applikazzjoni sabiex ikollu liċenzja tal-kummerċ, iċda se jkollu bżonn biss jibgħat notifika.  

 Waqt li l-Partit Laburista kien għaddej bl’attakk tiegħu, il-Gvern kien impenjat jiltaqa man-negozji u r-rappreżentanti tagħhom, mal-koperattivi, mal-korpi kostitwiti, jżur il-hwienet, joħloq skemi ta' finanzjament , inaqqas l-income tax sabiex iħalli aktar flus fl-idejn u b'hekk jiżdied in-negozju.

 Il-Partit laburista jipprova jgħawweg l-fatti u jidħaq bis-sidien tan- negozji Maltin u Għawdxin. Huwa fatt pubbliku li l-Gvern permezz ta’ inċentivi li qieghed joffri sabiex jgħin lin-negozji, mhux talli kabbar l-ekonomija Maltija talli żdied ukoll l-impjiegi permezz ta’ skemi li huwa ħoloq ghan-negozji ż-żghar u medji. Illum sid ta’ negozju zgħir li jinvesti jista’ jiffranka sa €25,000 f’income tax.  Dan apparti l-Business First li fi ftit xhur li ilu miftuħ diga żaruh mat-3000 negozju.

Barra minn hekk l-istatistiċi juru ċar li fl-aħħar erba snin n-numru ta’ liċenzji tal-kummerċ żdiedu b’differenza għal dak li ġara taħt Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998. Din hija turija ċara li n-negozji Maltin u Għawdxin għandhom fiduċja fid-direzzjoni li miexi biha l-Gvern u qed jilqgħu b’sodisfazzjon l-proposti u inċentivi kontinwi li qed jinħolqu u b’hekk qed ikomplu jinvestu u jżiedu l-impjiegi. 

Il-Gvern qed ikompli wkoll jissalvagwardja l-interessi tal-konsumaturi billi fost l-oħrajn jasal fi qbil mal-importaturi biex iraħħsu l-mediċini.


F’dak li jirrigwardja l-uniformijiet tal-iskejjel, l- Awtorita għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur għamlet konsultazzjoni pubblika u se tkun qed tippublika r-rakkomandazzjonijiet tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow