IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIPPRESSIEDI Ċ-ĊERIMONJA TAL-ĠURAMENT TAL-ĦATRA TA' ŻEWĠ IMĦALLFIN
pr0976
02/05/2012
Il-President George Abela ppressieda ċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra tal-Maġistrat Jacqueline Padovani Grima u l-Avukat Robert Mangion għall-kariga ġdida tagħhom bħala Mħallfin.
Il-President Abela esprima s-sodisfazzjon tiegħu u feraħ lill-ġudikanti fil-kariga ġdida tagħhom. "Mhix faċli għal-eżekuttiv li jagħżel il-ġudikanti. Hemm ħafna kriterji u għalhekk nifraħ f’isem kulħadd lil dawn l-Imħallfin il-ġodda għax huma żewġ persuni mogħnija b’ħafna esperjenza f’dan il-qasam” temm jgħid il-President Abela filwaqt li awgura lill-Imħallfin il-ġodda fl-impenn il-ġdid tagħhom.
Iċ-ċerimonja saret dalgħodu l-Palazz il-Belt.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017
pr0976a.doc