TITTELLA’ RAPPREŻENTAZZJONI TAL-MINI MUSICAL PLUS MILL-ISTUDENTI TAL-KULLEĠĠ SANTA KLARA
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina dalgħodu attendiet għal rappreżentazzjoni tal-Mini Musical Plus imtella’ mill-istudenti tal-Kulleġġ Santa Klara, li saret fl-iskola Primarja ta’ San Ġwann.
Il-Gvern jemmen fl-importanza li l-ġenituri jipparteċipaw f’dak kollu li jinteressa lil uliedhom l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskola.
Il-Kulleġġ Santa Klara li jiġbor fih 11-il skola – jiġifieri l-Primarji tal-Gżira, Pembroke, San Ġiljan, San Ġwann A u San Ġwann B, Tas-Sliema, Iċ-Ċentru tar-Riżorsi ta’ San Miguel, u l-4 skejjel Sekondarji, tal-Bniet ta’ Pembroke, (ex Sandhurst u St. Andrew’s), kif ukoll l-iskola tas-Subien tal-Gżira u dik ta’ Tas-Sliema, f’dawn il-ġranet qed jorganizza l-Mini Musical Plus li għaliha huma mistiedna madwar 900 ġenitur u l-2,800 student tal-iskejjel tal-Kulleġġ.
Din is-sena l-Kulleġġ stieden lill-ġenituri biex fi Frar, waqt li wliedhom kienu qed jagħmlu l-eżamijiet ta’ Nofs is-Sena, huma jingħataw taħriġ biex ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom aħjar fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika billi matul 3 ijiem indirizzawhom l-EOs tal-Primarji, tal-Malti, tal-Ingliż u tal-Matematika għal nofs ta’ nhar kull darba.
Bħalissa mad-900 ġenitur qed jattendu 3 serati, fejn 500 student mill-Kinder sa Form 5, mill-Kulleġġ Santa Klara, li jiġbor fih madwar 2,800 student, jistgħu jaraw xi tfisser meta nitkellmu fuq Edukazzjoni mhux Formali, in-non formal education jew x’jagħmlu fl-iskola l-istudenti meta ma jkunux qed isegwu suġġetti akkademiċi bħall-Malti, Ingliż u Matematika.
Il-programm fih taħlita ta’ kant, żfin, silta maġika, ballet, film u ġinnastika. Qed jintwerew ukoll, spots ta’ minuta dwar affarijiet li jsiru fl-iskejjel eż. x’inhi ċ-checklist, x’inhu l-Interactive whiteboard, kif taħdem is-sistema tal-colour coding tal-kotba tal-librerija u x’inhi l-Ekoskola fost oħrajn.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017