INVESTIMENT TA’ 1.3 MILJUN EWRO F’TEKNOLOĠIJA LI TGĦIN FIL-KURA GĦALL-KANĊER
Il-professjonisti tal-Isptar Sir Paul Boffa issa jistgħu jużaw l-aktar apparat modern disponibbli fil-qasam sabiex iwasslu l-kura bi preċiżjoni waqt li jkunu qed jagħtu r-raġġi.
F’pass ieħor li jkompli jsaħħaħ il-kura għall-kanċer f’pajjiżna, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità dalgħodu ħabbar investiment ta’ 1.3 miljun Ewro f’apparat teknoloġiku li issa qiegħed jintuża fl-Isptar Sir Paul Boffa.
Il-Ministru spjega kif dan l-investiment issarraf f’erba’ Treatment Planning Stations li permezz ta’ programmi apposta jgħaqqdu flimkien l-informazzjoni miġbura minn eżamijiet mediċi oħra, bħal CT Scan sabiex ir-raġġi jiġu mgħotija bi preċiżjoni fuq it-tumur, u b’mod li ma jintmessux partijiet oħra sani tal-ġisem. Dan l-appart joffri lill-professjonisti stampa 3D tat-tumur, u dan jippermetti li jsiru l-kalkoli neċessarji.
Il-Ministru Cassar qal sabiex il-Gvern ikollu dejjem l-aħħar teknoloġija għal dan il-qasam, il-Gvern kommess li jinvesti 100,000 Ewro fis-sena sabiex kull Treatment Planning Station ikollha l-aħħar verżjoni tas-software li jagħmlu użu minnu.
Joe Cassar irrimarka li dan l-apparat se jiċċaqlaq għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija l-ġdid ladarba dan jitlesta.
Is-Sur Martin Pirotta, Head of Medical Physics, spjega kif l-apparat jgħin lil Radiation Physists biex jikkalkula aħjar id-dożi neċessarju kif ukoll id-dettalji kollha relatati. Hu qal li peress li l-informazzjoni tiġi mgħoddija lil linear accelarator b’mod awtomatiku, d-direzzjoni tar-raġġi tkun waħda preċiża ħafna. Dan huwa ta’ benefiċċju kbir għall-pazjent minħabba li hekk tingħata d-doża li hija neċessarji biss, b’direzzjoni preċiża.
Dan kollu jkompli jikkonferma l-viżjoni tal-Gvern fil-qasam tal-Kura tal-Kanċer fejn l-investiment hu kontinwu minkejja li fil-mument għaddej ukoll il-bini taċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017