SERVIZZ TA' CUSTOMER CARE TAS-SIGURTÀ SOĊJALI MILL-KUNSILL LOKALI TA' Ħ'ATTARD
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja jħabbar li minn għada t-Tlieta 24 ta’ April 2012, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali se jibda jagħti servizz ta’ customer care mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard.
Dan se jkun qed isir bħala parti minn riforma sħiħa, fil-mod kif id-Dipartiment jagħti s-servizzi tiegħu lill-pubbliku, li se tkun qed titwettaq matul din is-sena. Il-qafas ta’ din ir-riforma kien tħabbar mill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said fis-7 ta’ Marzu li għadda.
Sal-lum residenti ta’ Ħ’Attard imorru biex jinqdew mis-servizz tas-sigurtà soċjali mogħti fl-Uffiċċju Distrettwali ta’ Ħal Balzan iżda minn għada dawn ir-residenti jistgħu jinqdew mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tagħhom stess.
Bis-saħħa ta’ dan is-servizz, residenti ta’ Ħ’Attard jistgħu jinqdew mill-Kunsill Lokali biex:
• japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju tas-sigurtà soċjali;
• jirraportaw kwalunke tibdil ta’ ċirkostanzi;
• japplikaw għal, jew iġeddu l-karta r-roża;
• jissottomettu ċertifikati tal-mard; u
• jagħmlu kwalunke talba għall-informazzjoni dwar kwalunkwe materja ta’ sigurtà soċjali.
Dan is-servizz se jkun qed jingħata kull nhar ta’ Tlieta bejn it-8.00am u 12.00pm.
Sadattant fil-ġimgħat li ġejjin, is-servizz, li diġa’ jingħata mill-Kunsill Lokali tal-Gudja ukoll, se jkun qed jiġi estiż għal aktar Kunsilli Lokali bħala parti mir-riforma msemmija.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017