Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr0892
Date Icon 20/04/2012

Il-Gvern jinnota l-istqarrjia tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni l-Onor. Silvio Parnis

Jidher ċar li l-Onor. Parnis mhux infurmat sewwa fuq il-proġetti li l-Gvern qed iwettaq fl-inħawi tal-Kottonera.

Fir-rigward tat-tisbiħ tal-Klabb u l-inħawi tal-Cospicua Rangers, ix-xogħol għadu ma sarx wara li l-uniku offerta mitfugħa għall-proġett daħlet kważi 40% ogħla mill-istima li kien prepara d-Dipartiment, apparti l-fatt li l-offerta ġiet effetivament ogħla mill-ammont aċċettabbli minn dak permessibbli għal tender Dipartimentali. Għalhekk il-Gvern għadu qed jara kif jistgħu jintużaw il-proċeduri neċċesarji u koretti biex iwettaq dan ix-xogħol.

Intant, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali se jinvesti ġewwa Bormla permezz ta’ proġett li ser jikkonsisti fil-bdil tal-balavostri tat-taraġ ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali, b’valur ta’ €77,000. Dan ix-xogħol fuq il-balavostri tal-Knisja qed isir ukoll fuq talba tal-istess Kunsill Lokali.

Il-Gvern wettaq diversi proġetti f'din il-parti ta' Malta: proġetti infrastrutturali u ta’ tisbiħ, bħal ma hu Ġnien il-Kottonera; proġetti ta’ restawr, bħal ma sar fuq is-Sur ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla; Kumpless Sportiv tal-Kottonera u faċilitajiet sportivi oħra, b’investiment li sar ukoll fil-Kullegg Santa Margerita; u proġetti fil-qasam soċjali, bħal ma huma djar għall-familja u appartamenti.

Il-Gvern ukoll fir-rigward tal-proġett tal-Baċir Numru 1, diġa spjega l-pożizzjoni li ttieħdet permezz tal-istqarrija maħruġa fid-29 ta' Marzu.

Il-Gvern hu kommess bil-fatti li jkompli jsebbaħ il-Kottonera.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow