Left arrow Go Back

IT-TFAL JITĦARRĠU B’XEJN FL-UŻU TAL-KOMPJUTER FIL-KUNSILLI LOKALI

pr0889
Date Icon 20/04/2012

Bosta kunsilli lokali f’Malta u Għawdex ser ikun qed jipparteċipaw fil-proġett iKids li ser joffri taħriġ b’xejn f’ħiliet bażiċi fl-użu tal-internet u sistemi informatiċi għal tfal bejn il-ħames u l-għaxar snin.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-proġett dalgħodu mill-kumpanija The Computer Training Course (TCTC), il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, Carm Mifsud Bonnici qal li s-sistemi teknoloġiċi illum saru aċċessibbli kullimkien. It-teknoloġija u l-internet mhux biss saru preżenti fid-dar, iżda anke fil-but ta’ kull individwu bla ebda distinzjoni ta’ klassi soċjali.

“Minkejja dan, mhux kulħadd jagħmel użu massimu ta’ dawn is-sistemi u għandha tiġi apprezzata u imħeġġa kull inizjattiva li għandha l-għan li tgħin lill-membri tas-soċjetà tagħna biex jagħmlu aktar użu mit-teknoloġija biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Il-Kunsilli Lokali huma l-pjattaforma ideali għal inizjattivi bħal dawn, kif juru l-figuri tan-nies li jattendu għal dawn il-korsijiet ta’ taħriġ – minn tfal sa pensjonanti,” qal il-Ministru Mifsud Bonnici.

Huwa saħaq fuq il-bżonn li f’inizjattivi bħal dawn jiġi mħares ukoll l-interess tas-soċjetà, speċjalment dawk li huma l-aktar vulnerabbli:

“L-internet huwa univers ta’ informazzjoni u ta’ opportunitjiet, iżda bħal kull ħaġ’oħra issib fih ukoll min jużah ħażin. Nieħu għalhekk pjaċir ninnota li wħud minn dawn il-korsijiet jieħdu ħsieb ukoll li jħarrġu lill-ġenituri u lit-tfal fil-protezzjoni minn persuni li jużaw l-internet biex iwettqu reati, partikolarment dawk li jistgħu jitwettqu kontra t-tfal.

“Irrid infakkar li l-Gvern diġà ħa passi iebsin ħafna kontra r-reat tas-solleċitar tat-tfal fuq l-internet. Għaddejna liġi speċifika kontra dan ir-reat b’pieni ħorox għal min jazzarda jipprova juża l-internet bħala l-vettura biex jasal jabbuża mit-tfal. M’hemmx bżonn li wieħed jiltaqa’ mal-vittma tiegħu biex jiskattaw dawn il-pieni. Huwa biżżejjed li wieħed jipprova. Dan kollu mbagħad saħħaħnih bl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri li ħoloq ir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri li fih jiġu reġistrati dawk il-persuni kollha li jkunu wettqu reat li jista’ b’xi mod jew ieħor ikollu effett negattiv fuq it-tfal,” temm jgħid il-Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow