Left arrow Go Back

ŻONA RIKREATTIVA ĠDIDA F’TA’ SANNAT IFFINANZJATA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr0871
Date Icon 18/04/2012

“Il-familji Għawdxin u dawk kollha li jżuru l-gżira ta’ Għawdex issa għandhom post ieħor ta’ rikreazzjoni li jista’ jitgawda minn kulħadd matul is-sena kollha.” Dan qalitu dalgħodu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex waqt l-inawgurazzjoni ta’ żona ta’ rikreazzjoni fl-inħawi magħrufa bħala d-Daħla taċ-Ċnus f’Ta’ Sannat, li hija inawgurat flimkien mas-Sindku ta’ Sannat is-Sur Philip Vella. Għal din l-attività attenda wkoll Dr Stefan Buontempo, Kelliem Laburista għall-Gvern Lokali.

Il-Ministru Giovanna Debono qalet li din iż-żona rikreattiva f’Ta’ Sannat hija proġett ieħor li twettaq mill-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin b’finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex permezz ta’ skema ta’ Eko Għawdex. Filwaqt li faħħret il-ħidma tal-Kunsill Lokali ta’ Sannat b’risq din il-lokalità fakkret kif il-Kunsilli u l-Kumitati Amministrattivi kollha f’Għawdex ser ikunu wettqu għadd ta’ proġetti oħra li minnhom ser igawdu r-residenti kollha fil-lokalitajiet rispettivi.

Il-Ministru għal Għawdex żiedet tgħid li dan is-sit ser ikun ta’ valur miżjud għal din il-lokalità li l-karatteristiċi u l-inħawi rurali tagħha jattiraw għadd ta’ Maltin u turisti matul is-sena, b’mod partikolari għall-mixjiet fil-kampanja. Semmiet ukoll li dan il-proġett ser ikun ikkumplimentat minn xogħol ieħor li hu pproġettat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Permezz ta’ żewġ skemi ta’ Eko Għawdex twettqu jew qed jiġu konklużi 51 proġett minn 37 Għaqda mhux Governattiva, 8 Kunsilli Lokali u 3 Kumitati Amministrattivi b’finanzjament ta’ €2 miljun. Dawn il-proġetti li huma kollha marbuta mal-miżuri proposti fil-pjan ta’ azzjoni ta’ Eko Għawdex 2010 – 2012,  jinkludu manutenzjoni u tisbiħ f’żoni rurali, restawr ta’ bini antik, bini ta’ ġibjuni għall-ilma tax-xita, bdil ta’ bozoz li jaħlu inqas enerġija, titjib fil-qasam kulturali u wirt storiku, kampanji edukattivi u inizjattivi marbuta ma’ kwalità ta’ ħajja aħjar u ambjent rurali u marittimu nadif. Dawn il-proġetti fissru kważi 66 elf siegħa xogħol li jfissru sena ħidma ta’ 32 ħaddiem fuq bażi full-time.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow