Left arrow Go Back

200 SID TA’ NEGOZJU JAPPLIKAW GĦAL GĦAJNUNA MILL-FONDI EWROPEJ U TAL-GVERN BIEX IKABBRU N-NEGOZJU T-TAGĦHOM U JOĦOLQU AKTAR XOGĦOL

pr0867
Date Icon 18/04/2012

200 sid ta’ negozju jridu jinvestu aktar minn €34miljun f’pajjiżna u għal dan applikaw għal aktar minn €14-il miljun fil-Fondi tal-ERDF amministrati mill-Malta Enterprise, taħt ħames skemi maħruġa fir-raba’ sejħa. Dan ħabbru l-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt żjara għand il-kumpanija Neriku Confectionery Limited, li kienet ibbenefikat minn sejħa preċedenti ta’ dawn l-iskemi. Għar-Raba’ Sejħa, li għaliha hemm fondi li b’kollox jammontaw għal €8.5 miljuni, 10% tal-applikazzjonijiet ġejjin minn Għawdex.

Il-Ministru Tonio Fenech, li kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi u miċ-chairman tal-Malta Enterprise Alan Camilleri, qal li “din iċ-ċifra terġa’ tikkonferma l-fiduċja fl-ekonomija Maltija tal-imprendituri tagħna, li qed ikomplu jinvestu, jkabbru l-ekonomija u joħolqu aktar xogħol.”

L-aktar skema popolari kienet dik tal-Innovazzjoni, li għaliha applikaw 85 negozju. Għall-Ministru Fenech, din hija “evidenza tal-għarfien dejjem akbar tal-imprendituri lokali li jkomplu jinnovaw kontinwament il-prodotti, is-servizzi jew il-proċessi operattivi tagħhom biex jiżguraw is-sostenibbiltà u l-kompetizzjoni.” Il-kumpanija Neriku Confectionery gawdiet proprju minn sejħa preċedenti ta’ din l-iskema, fejn ħadet aktar minn €26,000 biex tinvesti f’makkinarju ġdid.

“Nieħu sodisfazzjon ukoll li kważi 50 applikazzjoni huma fil-qasam tal-Kompetittività Internazzjonali, skema li tassisti lis-sidien ta’ negozji żgħar biex ifittxu u jespandu fi swieq barranin. Dan huwa parti mill-ħidma tagħna bħala Gvern, li nemmnu li biex noħolqu aktar tkabbir ekonomiku u aktar xogħol f’pajjiżna irridu nfittxu aktar opportunitajiet barra minn xtutna. Dan hu ovvjament sfida kbira fiż-żminijiet tal-lum, u b’dawn l-għajnuniet qed nagħtu l-għajnuna lis-sidien ta’ negozji paritkolarment dawk żgħar sabiex jirnexxu.”

Permezz tas-sejħiet preċedenti ta’ dawn l-iskemi - li kienu jinkludu ukoll żewġ skemi oħra għall-Enerġija u l-eBusiness - kienu diġà approvati mal-€35 miljun għal 570 negozju. Madankollu, l-investiment li jkun sar mill-kumpaniji jlaħħaq kważi €80 miljun, peress li l-ko-finanzjament ivarja minn ftit inqas minn nofs l-ispejjeż tal-proġett sa anki 70 fil-mija tal-ispejjeż.

Tonio Fenech ikkonkluda billi fakkar li l-Fondi tal-ERDF huma biss parti mill-ħidma bla waqfien tal-Gvern permezz tal-Malta Enterprise favur l-industrija u l-intrapriżi matul din il-leġislatura, li tinkludi ukoll investiment kontinwu fiż-żoni industrijali, fi skemi ta’ tnaqqis mit-taxxa, ta’ self b’imgħaxijiet vantaġġjużi, u oħrajn. Dan kollu qed jissarraf f’investiment u ħolqien tax-xogħol, b’aktar minn 20,000 post tax-xogħol ġdid jinħolqu fl-aħħar 4 snin.

Minn naħa tieghu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur Jason Azzopardi qal li ħafna kumpaniji lokali għarfu jagħmlu użu tajjeb tal-iskemi mħaddna mill-Gvern ċentrali fosthom il-Microinvest u l-Microcredit, kif ukoll ma qatgħux qalbhom illi jkomplu jinvestu u jkabbru l-operat tagħhom. Huwa qal li fl-aħħar erba snin 130 fabbrika għażlu li jkabbru l-operat tagħhom b’investiment totali ta’ 323 miljun Ewro. Il-Ministru Azzopardi spjega li din hija turija ċara li n-negozji Maltin u Għawdxin jemmnu fl-ekonomija ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow