STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd iffirmata mis-Sur Ray Bugeja.
Fis-settur tas-sajd il-Gvern ħadem bi strateġija u ħsieb, b’koperazzjoni mal-koperattivi, biex ikompli jitkattar ix-xogħol u dan is-settur jibqa’ jkun sostenibbli. Il-Gvern kif qal is-Sur Bugeja f’dawn l-ewwel tliet xhur tas-sena kellu żewġ laqgħat mal-koperattivi flimkien u laqgħat oħra, u l-gvern qed iwettaq dak imwiegħed bil-fatti tant li:
Fl-ittra ffirmata mill-Ministru, fil-5 t’April, hemm miktub li s-sajjieda b’seħħ mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena stess, se jibdew jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja li talbu huma stess u li l-Gvern għax jisma’ wettaq b’għaqal u b’kollaborazzjoni mal-koperattivi.
It-tieni ittra li rċieva mis-Segretarju permanenti fis-6 t’April, tirreferi għal-laqgħa li saret bejn il-Ministeru u l-Koperattivi fejn fiha ġie maqbul li, l-proposti ħalli jkun hemm attivita ekonomika anċillari għas-sajjieda jintbagħtu bil-miktub liż-żewġ koperattivi wara li ġew diskussi fil-laqgħa. Għalhekk bħal ma kien miftiehem dawn il-proposti ntbagħtu ħalli jkunu bażi ta’ diskusjoni ħalli jiġi msawwar ftehim.
Għalhekk huwa ironiku kif is-Sur Bugeja, ħareġ stqarija propju llum jikritika dak li talab hu stess.
Ta’ min wieħed isemmi wkoll li l-Gvern dejjem ħa dan is-settur bis-serjetà u ħadem bis-sħiħ biex:
Ingħatat għajnuna biex sajjieda jtejbu l-bastimenti tagħhom,
Saru korsijiet għas-sajjieda anki fuq is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol,
ngħatat għajnuna finanzjarja lill-koperattivi u l-producer groups skont l-ammont ta’ membri tagħhom,
Sas-sena 2013 il-gvern se jinvesti €3.6 miljuni oħra biex jidaħħlu numru ta’ skemi marbuta fosthom ma’ marketing and processing, akwakultura, twaqqif ta’ PO’s, kampanja promozjonali u xogħlijiet fil-portijiet,
B’dawn il-fondi li għad iridu jintefqu, minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-2004 il-Gvern se jkun ta lis-settur tas-sajd b’kollox mal-€15-il miljun,
Ingħatat ukoll għajnuna finanzjarja minn fondi nazzjonali direttament lis-settur taħt skemi ta’ State Aid jew skemi ta’ qabel ma’ Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea,
Malta qed tkompli fir-riċerka fil-qasam tal-Akwakultura u l-istudji li saru jrui li Malta hi l-aktar pajjiz avvanzat fir-riċerka tat-tfaqqis tat-tonn u tal-aċċjol,
Tniehda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar strateġija tal-akkwakultura għal pajjiżna,
Sostna s-settur tal-akwakultura li b’mod dirett u indirett gawdew u ghadhom igawdu minnu is-sajjieda
Sar proġett tal-Hard Standing Facility li minnu qed igawdu s-sajjieda,
It-tqassim tal-allokazzjonijiet għal- qbid tat-tonn, anki għal din is-sena sar bi qbil mas-sajjieda,
Inħarġu l-permessi għal bini ta’ pixkerija ġdida, moderna skont standards ewropej.
Fis-settur tas-sajd il-Gvern b’mod konkret wera li b’għaqal l-isfidi li dan is-settur jaffaċċja b’kollaborazzjoni jistgħu jissarfu f’opportunitajiet għall-ġid tas-sajjieda Maltin u Għawdxin filwaqt li jkunu mħarsa wkoll ir-regoli ambjentali internazzjonali.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017