STQARRIJA MILL-ISPTAR MATER DEI
Għal darb’oħra l-management tal-Isptar Mater Dei jerġa’ jiċħad dak li qalet l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca u jikkonferma li fl-Isptar Mater Dei hemm stock ta’ mħaded għall-pazjenti.
Il-management jinnota b’dispjacir dan l-aġir tal-kelliema tal-Oppożizzjoni, li għażlet li tagħmel kontinwament fil-konfront tal-management tal-Isptar. Filwaqt li f’okkażjonijiet oħra u għal raġunijiet kompletament differenti, l-Onor. Coleiro Preca kkuntattjat lill-management tal-Isptar, din id-darba baqgħet ma għamlet ebda kuntatt. Għalhekk l-Onor. Coleiro Preca ma ssostanzjatx dak li qalet.
Sadanitant l-Isptar jerġa’ jserraħ ras il-pazjenti u l-familjari tagħhom li qiegħed jitwassal servizz tal-kura tal-ogħla livell minn professjonisti u ħaddiema dedikati.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017