KUNĊERT KOMMEMORATTIV FL-OKKAŻJONI TAS-70 ANNIVERSARJU MILL-GĦOTI TAL-GEORGE CROSS LILL-POPLU MALTI
Bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet f'għeluq is-70 Anniversarju mill-Għoti tal-George Cross lill-Poplu Malti, il-Kumitat Organizzattiv qed jorganizza kunċert kommemorattiv mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Il-Kunċert se jkun nhar il-Ġimgħa 13 ta' April fit-8.00pm f'Dar il-Mediterran.
Is-Siltiet mużikali li se jindaqqu mill-Orkestra Nazzjonali huma:
· Malta (Overture) - Paolino Vassallo
· Pomp and Circumstance March No. 1 - Edward Elgar
· War March of the Priests - Felix Mendelssohn
· Nimrod from Enigma Variations - Edward Elgar
· Jubal Overture - Carl M. von Weber
· Rebbieħa - Joseph Vella
Dan il-Kunċert huwa miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas. Dawk li jixtiequ jattendu jistgħu jirriservaw post billi jċemplu fuq 2200 1466 jew 2200 1659 jew b'email info.gc70@gov.mt.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017