Left arrow Go Back

GĦADDEJJIN L-AĦĦAR XOGĦLIJIET FUQ IL-PROĠETT TA’ PAVIMENTAR TA’ PACEVILLE.

pr0789
Date Icon 04/04/2012

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, żar l-aħħar xogħlijiet li għaddejjin fuq il-pavimentar ta’ tlett toroq fil-qalba ta’ Paceville. 

Il-proġett ta’ tisbiħ inkluda pavimentar ġdid bil-porfido fuq medda ta’ 2,300 metru kwadru ta’ art f’partijiet minn Triq San Ġorġ, Triq Wilġa u parti minn Triq Dragunara f’Paceville. Ix-xogħol inbeda f’nofs Jannar filfatt qed jitlesta fiż-żmien  stipulat.

Dan ix-xogħol inkluda t-tneħħija tal-bankini mit-tliet toroq. Għalhekk it-toroq imsemmija  ġew f’livell wieħed u ġew installati numru ta’ bollards fit-triq biex ikun hemm separazzjoni bejn il-parti li minnha jistgħu jgħaddu n-nies u l-parti għat-traffiku.

Il-Ministru Pullicino qal li dan il-proġett sewa €250,000.  Il-Gvern huwa mpenjat li jkompli jsebbaħ żoni turistiċi.  Riċerka tal-MTA turi li f’sena madwar 650,000 turist iżuru San Ġiljan u madwar 300,000 iżuru Paceville. Dan il-proġett ta’ pavimentar jikkumplimenta l-proġett ta’ tisbiħ li kien sar fil-pjazza ta’ Paċeville fl-2008. Il-Gvern  diġà wettaq numru ta’ proġetti f’din iż-żona turistika, bħat-tisbiħ ta’ Xatt is-Sajjieda f’San Ġiljan, restawr ta’ kappelli  u t-tisbiħ tal-promenade mal-bajja ta’ San Ġorġ. Dan filwaqt li saret applikazzjoni biex jitwettaq proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza ta’ Spinola.

Il-Ministeru Pullicino qal ukoll li kull nhar ta’ Tnejn ħaddiema mid-Direttorat tal-Indafa Pubblika, jaħslu t-toroq pavimentati, permezz ta’ makkinarju li nxtara għal tal-apposta biex jaħsel toroq pavimentati madwar pajjiżna. Hu rringrazzja lill-Kunill Lokali, l-MHRA, l-GRTU u l-operatturi kollha fl-area tal-kollaborazzjoni tagħhom biex sar dan il-proġett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow