Left arrow Go Back

IL-MINISTRU CHRIS SAID IŻUR L-AĠENZIJI TAL-FONDAZZJONI GĦAL SERVIZZI TA’ ĦARSIEN SOĊJALI

pr0787
Date Icon 04/04/2012

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said fl‑aħħar jiem żar diversi postijiet tal-operat u residenzi tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali fejn iltaqa’ ma’ ħafna mill‑impjegati u xi klijenti tal‑Aġenziji fi ħdan il‑Fondazzjoni. 

Grazzi għal dawn il-laqgħat, il-Ministru seta’ jiddiskuti mal-impjegati tal-Fondazzjoni diversi aspetti relatati max-xogħol tagħhom ta’ kuljum, kif ukoll imiss mar-realtajiet li jkunu għaddejjin minnhom il-klijenti tat-tliet Aġenziji.

Filwaqt li esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma tal-professjonisti u l-ħaddiema impjegati mal-Fondazzjoni u l-aġenziji tagħha, il-Ministru Chris Said sostna l-impenn tal-Gvern li jkompli jagħtihom l-appoġġ kollu tiegħu sabiex ikomplu jipprovdu l-aqwa servizzi lil dawk li jinħtieġuhom.  “Il-Gvern hu sensittiv u jgħin lil min għandu l-aktar bżonn. Se nkomplu naħdmu sabiex intejbu s-servizzi mogħtija lil dawk l-aktar vulnerabbli.  Propju għalhekk din is-sena l-budget tal-FSWS u tat-tliet aġenziji tagħha żdied b’miljun Ewro fuq is-sena li għaddiet u €1.6 miljun fuq sentejn ilu.  Fl-istess ħin il-budget tal-programmi u inizjattivi tal-FSWS żdied b’terz ta’ miljun Ewro fuq l-2011 u b’€935,000 fuq l-2010. Grazzi għal dawn iż-żidiet, din is-sena stess il-FSWS se tkun f’pożizzjoni li żżid is-servizzi offruti minnha.

Waqt din is-sensiela ta’ żjajjar il-Ministru Chris Said seta’ jara mill-qrib il-ħidma ta’ ’il fuq minn 20 servizz li l-Aġenzija Appoġġ toffri minn G’Mangia. Minn dan il‑post, l-Aġenzija toffri servizzi speċjalizzati lil bosta tfal u familji fosthom is-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal, is-Servizz għall-Vjolenza Domestika, is-Servizz tal-Fostering, Servizzi Psikoloġiċi, Servizzi ta’ Terapija għall-Familja, fost l-oħrajn. Barra minn dawn, l-Aġenzija għandha wkoll numru ta’ servizzi oħra mifruxa fil-komunità fosthom f’B’Kara, il‑Qawra, il-Kottonera, fl-Isptar Mater Dei, fiċ‑Ċentru tas‑Saħħa f’Ħal Qormi, fl‑Isptar Boffa, u fir‑Residenza San Vinċenz de Paul.

Il-Ministru ltaqa’ wkoll mal-impjegati tal-Aġenzija Sedqa f’Santa Venera li jinkludi s-Servizzi fil-Komunità, Servizzi Psikoloġiċi, Servizzi ta’ Terapija għall-Familja, kif ukoll dawk ta’ Prevenzjoni. Huwa żar iċ-Ċentru Detox, fejn madwar 800 klijent kuljum jirċievu s-sapport meħtieġ. Iltaqa’ wkoll ma’ dawk il-persuni li bħalissa għaddejjin minn proċess ta’ ditossifikazzjoni f’Dar l-Impenn, kif ukoll ma’ dawk li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga u l-alkoħol f’Komunità Santa Marija u Dar Żerniq rispettivament.

Saret ukoll żjara fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport fi Fleurs de Lys. Ċentri bħal dan jgħinu lil persuni b’diżabilità jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom permezz ta' diversi attivitajiet u b’hekk ikunu jistgħu jintegraw ruħhom aktar fil-komunità. L-Aġenzija għandha 9 ċentri bħal dawn f’lokalitajiet varji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow