ĊELEBRAZZJONIJIET LI JIKKOMMEMORAW IS-70 ANNIVERSARJU MILL-GĦOTI TAL-GEORGE CROSS LILL-POPLU MALTI
13, 14, 15 ta' April 2012
Illum tħabbar il-programm ta' attivitajiet li l-Kumitat Organizzattiv imwaqqaf apposta mill-Prim Ministru se jorganizza fl-Okażżjoni tas-70 Anniversarju mill-għoti tal-George Cross lill-Poplu Malti, fil-15 ta' April 1942.
Il-Kumitat Organizzattiv huwa mmexxi mis-Sur Charles Bonello bħala Chairman.
Il-qofol taċ-Ċelebrazzjonijiet jintlaħaq bejn it-13 u l-15 ta' April.
Il-Ġimgħa 13 ta' April 2012
5.00pm - 8.00pm
Esibizzjoni tal-midalja tal-George Cross fil-Berġa ta' Kastilja
8.00pm
Kunċert kommemorattiv mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali f'Dar tal-Mediterran.
Dan il-Kunċert se jkun miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas. Dawk li jixtiequ jattendu jistgħu jirriservaw post billi jċemplu fuq 2200 1466 jew 2200 1659.
Is-Sibt 14 ta' April 2012
9.30am - nofsinhar
Esibizzjoni tal-midalja tal-George Cross fil-Berġa ta' Kastilja
7.30pm
Inawgurazzjoni tal-Proġett ta' Restawr u Tisbiħ tal-Monument tal-Gwerra, fil-Floriana mill-Prim Ministru.
Il-Ħadd 15 ta' April 2012
6.00pm
Quddiesa Pontifikali fil-Kon Katidral ta' San Ġwann immexxija mill-Arċisqof l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Pawlu Cremona
7.30pm
Ċerimonja Uffiċjali li tikkommemora l-Għoti tal-George Cross lill-Poplu Malti fi Pjazza San Ġorġ.
Il-pubbliku se jkun jista’ jsegwi din iċ-Ċelebrazzjoni minn madwar Pjazza San Ġorġ.
F'dawn il-ġranet se jkun hawn f’Malta l-Altezza Reali Tiegħu d-Duka ta’ Gloucester bħala rappreżentant speċjali tar-Reġina Eliżabetta II.
Il-Maltapost se tkun qed toħroġ folder kommemorattiv kif ukoll replika tal-bolla kommemorattiva fil-fidda.
Min jixtieq aktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet jista’ jibgħat email fuq:
(info.gc70@gov.mt)
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017