Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0776
Date Icon 03/04/2012

L-Oppożizzjoni qed toħlom

L-aħħar stqarrija maħruġa mill-Oppożizzjoni dwar is-settur tas-saħħa kienet dwar l-imħaded.  Jidher li wara serje ta’ stqarrijiet regolari u anke programmi li l-Oppożizzjoni ddedikat esklissivament għas-settur tas-saħħa, issa, l-attakk li jmiss huwa fuq l-imħaded.

Filwaqt li mhux veru li hemm nuqqas ta’ mħaded, kemm fl-isptar kif ukoll fl-imħażen tad-Dipartiment tas-Saħħa, dawn l-istqarrijiet ikomplu juru kemm l-Oppożizzjoni hi mifxula u mhux aġġornata dwar settur daqshekk importanti.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni għadha ma tistax tifhem li l-investiment tas-saħħa żdied b’ 29 miljun ewro, għal investiment totali ta’ 405.4 miljun ewro, qed tkompli tbeżża’ l-pazjenti b’attakki kontinwi fuq il-ħidma tal-professjonisti tas-saħħa. Dan l-aġir mhuwiex biss nieqes minn maturita politika imma nieqes għal-kollox minn viżjoni politika.

Sadattant, il-Ministeru għaddej kontinwament b’ħidma intensiva. Eżempju riċenti ta’ dan hi l-introduzzjoni ta’ proċeduri innovattivi biex jiġu salvati aktar nies li għandhom problemi tal-qalb, bħal fil-każ tat-TAVI, li permezz tagħha numru ta’ persuni għadhom ħajjijn. L-investiment ta’ nofs miljun ewro fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta (kura primarja) huwa eżempju ċar ieħor.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow