Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI Ż-ŻGHAR U L-KONSUMATUR F’LAQGĦA KORDJALI MAL-PRIM MINISTRU PALESTINJAN

pr0773
Date Icon 03/04/2012

Fil-ġranet li għaddew, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji ż-Żgħar u l-Konsumatur, l-Onor. Jason Azzopardi, kellu laqgħa ta’ kortesija mal-Prim Ministru tal-Awtorità Palestinjana Salam Fayyad. Il-laqgħa saret fil-kwartieri tal-istess Awtorità ġewwa Ramallah, fix-Xatt tal-Punent.

F’din il-laqgħa ġew diskussi diversi suġġetti ta’ interess bilaterali relatati mal-qasam tan-negozji ż-żgħar u s-settur tal-koperattivi. Waqt il-laqgħa ħareġ biċ-ċar li n-negozji zgħar u medji huma ta’ importanza kbira għall-ekonomiji rispettivi taż-żewġ pajjiżi.

Ġew ukoll diskussi eżempji ta’ prattika tajba relatati man-negozji żgħar dwar l-istituzzjonijiet li jirregolaw u jgħinu lin-negozji. Huma ddiskutew ukoll possibilitajiet ta’ kif iż-żewg naħat jistgħu jaħdmu aktar flimkien, fl-interess tan-negozji fiż-żewġ pajjiżi. F’din il-laqgħa ġew identifikati diversi similiratijiet u strutturi relatati man-negozji ż-żgħar preżenti fiz-żewg naħat.

Bħala riżultat konkret, Malta offriet l-għajnuna tagħha f’dan is-settur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow