MALTA TIPPARTEĊIPA FL-INIZJATTIVA EARTH HOUR
Għada pajjiżna se jingħaqad mal-kumplamenttad-dinja fl-attività ambjentali EarthHour.
Għada bejn it-8.30 u d-9.30 ta’ filgħaxija,miljuni ta’ nies minn madwar id-dinja jingħaqdu flimkien sabiex iqajmu kuxjenzafuq materji ambjentali importanti. F’pajjiżna għada f’dak il-ħin se jintfewBieb il-Bombi fil-Floriana, is-Swar tal-Mdina, u l-akwadott.
Fl-2011, iktar minn 1.8 biljun persuna minn 5,200Belt u Raħal f’135 pajjiż madwar id-dinja pparteċipaw billi tfew id-dwal kollhabħala messaġġ b’saħħtu sabiex tittieħed azzjoni fir-rigward tat-tibdilfil-klima. L-idea ta’ Earth Hour City Challenge hi li tħeġġeġ bostabliet sabiex jużaw sorsi ta’ enerġija iktar nodfa.
Għada fl-istess ħin fost il-binjiet storiċi se jintfew:il-Koppla tal-Vatikan u Castel Sant’Angelo f’Ruma, l-Italja, Tower Bridgef’Londra, l-Ingilterra u t-Torri Eiffel f’Pariġi, Franza, fost oħrajn
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017