Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INTERN U L-AFFARIJIET PARLAMENTARI

pr0745
Date Icon 29/03/2012

Il-Parlament fl-ewwelxahrejn u nofs ta’ din is-sena ltaqa’ 27 darba – Approvati 3 Liġijiet u ġew imwieġba 2,326 Mistoqsija Parlamentari

L-Oppożizzjoni qedterġa’ tipprova tqarraq dwar il-ħidma li għaddejja fil-Kamra tad-Deputati. 

L-Oppożizzjoni tafsew li l-Parlament mill-bidu tas-sena, f’inqas minn xahrejn u nofs, bejn it-18 ta’ Jannar us-27 ta’ Marzu diġà saru 27 seduta. F’dan il-perjodu ġew approvati 3liġijiet:  l-emendi dwar is-sigurtàsoċjali, emendi dwar il-persuni b’diżabilita’ u l-liġi dwar is-selflill-Ġreċja. Ġew ippreżentanti wkoll 4 abbozzi ta’ liġijiet oħra. F’dawnis-seduti ġew approvati wkoll 102 avviż legali.  

Waqt id-dibattiti fuqil-liġijiet diskussi sa issa kien hemm 64 intervent minn deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra.Il-Parlament iddiskuta liġijiet li kienu jittrattaw materji ta’ natura urġentimarbuta mal-kriżi fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dawn kienu prijoritajietli l-pajjiż kellu obbligu li jiddiskuti bħala membru tal-Unjoni. Wara dawn,il-Parlament beda jiddiskuti wkoll il-liġi li ġġib fis-seħħ il-miżuri tal-budget.

Il-Kumitati tal-Kamraltaqgħu 39 darba bil-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra jiltaqa’ sitt darbiet. Ġewimwieġba wkoll 2,326 mistoqsija parlamentari. 

Il-Ministru CarmMifsud Bonnici repetutatament qal fil-Parlament u anki bi stqarrijiet pubbliċili l-mozzjonijiet li hemm ippreżentati min-naħa tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni sejitqiegħedu fuq l-aġenda tal-Parlament.

Minbarra l-ħidmaparlamentari, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jkollhom xogħol marbutmal-Unjoni Ewropea f’laqgħat li jsiru barra minnMalta.Kien hemm ukoll 13-il okkażjoni li kienu jirrikjedu l-parteċipazzjoni ta’diversi delegazzjonijiet tal-Parlament f’fora differenti ‘l hinn minn xtutna. Għalhekkil-ġranet ta’ meta jiltaqa’ l-Parlament ikun effettwat ukoll minndawn il-laqgħat li jsiru barra minn Malta. 

Mill-konferenzatal-aħbarijiet tal-lum jidher ċar li l-Oppożizzjoni hija interessata biss tipprovatfixkel u ċċekken ix-xogħol li qed isir mill-ogħola istituzzjoni tal-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow