DISKORS TAL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, MINISTRU TAL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI, WAQT IĊ-ĊERIMONJA TAL-GĦOTI TAL-ĠURAMENT LILL-KUNSILLIERA TAL-KUNSILLI LOKALI TA’ BALZAN, GĦAJNSIELEM, KERĊEM, LUQA, MOSTA, MUNXAR, NADUR, QALA, SAN LAWRENZ, XAGĦRA,
Onorevoli Prim Ministru,
Onorevoli Stefan Buontempo,
Segretarju Permanenti,
Sinjuri Distinti.
Din ta’ llum hija t-tielet ċerimonja sabiħa li fihaintom il-Kunsillieri eletti mill-poplu fl-aħħar elezzjonijiet qed tingħatawil-ġurament. Irrid ngħid li għal dawnl-aħħar tlett ijiem ħarist lejkom bi pjaċir u mill-qalb għandi nawguralkomgħall-ħidma t-tajba li tgħin lill-poplu tagħna – poplu li verament jixraqludejjem l-aħjar u li jiddependi minna lkoll li nassiguraw li din il-ħidmasseħħ. Aħna bħala membri elettifil-Parlament nazzjonali, u intom fil-Kunsilli Lokali, għandna d-dmir u l-unurli nservu lil kull ċittadin.
Irrid ngħid mill-ewwel li l-bidla, l-irfinarfis-settur ta’ din id-demokrazija amministrattiva u ta’ dan il-proċess kontinwuta’ deċentralizzazzjoni tal-poter, illum ukoll b’16-il Kumitat Amministrattiv,ma jistax jieqaf. Anzi, għandu jitkattarb’iktar Kunsilli u Kumitati Amministrattivi. F’din il-leġislatura diġà għamilna riformi importanti b’numru ta’ emendili saħħew l-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Ħarisna lejn l-interessi tar-residenti billi nagħmlu l-Kunsilli tagħnaaktar trasparenti, li jagħtu rendikont tal-operat u d-deċiżjonijiet tagħhom. Żidnafil-poter, żidna fir-responsabbiltajiet. Ridna u għadna rridu nassiguraw lokalitajiet aktar sostenibbli, fejnir-residenti jkollhom l-aħjar servizz u titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħhom. Biexdan sar, użajna proċess ta’ konsultazzjoni u hija l-intenzjoni tagħna lifil-perjodu li ġej nerġgħu nibdew dan sabiex aktar ‘il quddiem nippreparawabbozz ta’ liġi ieħor li jerġa’ jmexxina ‘l quddiem lejn iktar riformi. Lill-poplu rridulu l-aħjar, għax hekkjixraqlu, u aħna determinati li dan il-proċess inwettquh.
Il-passi l-kbar li saru baqgħu jiġu sostnuti, proprjugħax il-prinċipju baqa’ li kull lokalità m’għandhiex tiddependi fuq x’serjagħmel għaliha l-Parlament imma għandu jkollha fond apposta separat min-nefqanazzjonali allokat għaliha. B’hekkassigurajna li kull sena hemm fondi li bilfors iridu jintefqu fuq dikil-lokalità u jintefqu bilfors minndawk li l-poplu eleġġa għax għandu fiduċja filhom.
F’dawn l-4 snin il-Gvern, f’din il-linja politika,għadda madwar 159 miljun ewro lill-Kunsilli Lokali. F’dawn l-aħħar 18-il sena, il-Gvernkomplessivament għadda madwar 439 miljun ewro. Terġa’, l-allokazzjoni kważi ttripplat minn madwar 11-il miljun ewro fil-bidu għal31.5 miljun ewro illum. Figuriimpressjonanti li huma prova ċara li hemm fiduċja f’dan il-proċess. Il-Kunsilli Lokali m’għadhomx esperiment immaproċess li rnexxa: wieħed li m’aħniex ser immorru lura minnu. Hemm bżonn li nkomplu nsostnuh, u hekk sernagħmlu.
Dan apparti mill-fondi oħra varji li tqegħdugħad-disposizzjoni tal-Kunsilli Lokali f’attivitajiet kulturali, enerġijaalternattiva, f’restawr, f’aċċessibilità, f’ħaddiema għall-komunità, f’xiri ta’kotba għal-libreriji, attivitajiet sportivi u edukattivi. Dawn sarrfu f’fondi ta’ madwar 15.7 miljunewro oħra. Apparti wkoll 8.3 miljun ewrooħra ġejjin minnprogrammi diretti tal-Unjoni Ewropea li marru fuq 65 proġett differenti. Dawn il-fondi servew għal proġetti kemm żgħarkif ukoll għal oħrajn ferm u ferm iktar ambizzjużi, minn dik in-niċċa żgħira fi triq saġonna. Il-limiti, il-fruntieri l-antikillum waqgħu u l-Kunsilli Lokali għandhom issa possibilitajiet li qabel makellhomx u wisq naħseb li qatt ma ħolmu li seta’ jkollhom. Il-verità hi li wisq inqas stajna noħolmu lijkollhom.
Pajjiżna qiegħed fuq quddiem. Mexa waħdu u assigura fejn jista’ jimmiraiktar proprju għaliex uża l-pass deċisiv u storiku li daħal bħala membrufl-Unjoni Ewropea biex iġib fondi u esperjenza. L-esperjenza fi ħdan diversi stati fl-Unjoni qed isservina sabiexnużawha kif għandna u permezz tagħha nagħmlu iktar ġid. Illum fortunatament hawn qbil li għamilnaiktar minnsew li dħalna membru fl-Unjoni. Vuċideterminanti fil-kapitolu żgur, imma mhux biss - benefiċjarji ta’ fondi direttigħall-ġid tar-residenti f’darhom.
Għandna pajjiż li huwa Ewropew u demokratiku. Il-proċess demokratiku jrid jibqa’ jiġisostnut u użat il-ħin kollu. L-elezzjonijiet huma żgur determinanti u l-ogħla punt fl-espressjonital-volontà popolari u sovrana. Fl-aħħarappuntament elettorali rajna bidliet. Iktar kunsillieri ġodda sabu posthom fil-Kunsill. Demm u ideat ġodda li qed ikomplujikkonfermaw kemm huwa tajjeb il-kunċett tad-demokrazija amministrattiva. F’dawn il-jiem ħadu l-ġurament mittkunsillier li qabel ma kinux fil-Kunsilli – 43% mit-total ta’ Kunsillierikollha. Dan huwa tajjeb, biss irriduwkoll nassiguraw li kull min ser jidħol għal din ir-responsabbiltà jifhemx’inhi ħidmet il-Kunsillier. Għalhekkinħeġġeġ lilkom li dħaltu issa sabiex tattendu u tipparteċipaw għall-korsijietta’ formazzjoni u informazzjoni li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali serjorganizza, mertu wkoll ta’ fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Importanti li tkunu infurmati sewwa bl-għoddali għandkom diġà għad-disposizzjoni tagħkom. Aħfruli imma se nesiġi mad-Dipartiment li jiġri warajkom sabiextattendu. Dan jgħodd għall-ġodda peròanke għal dawk li għandhom l-esperjenza – ma jagħmlux żball jekk imorru humawkoll.
Finalment irrid niġbed l-attenzjoni tagħkomgħall-ħidma li qegħda ssir fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, issa li daħletfis-seħħ il-liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi. Diġà kellna esperjenzi pożittivi ta’ numru ta’ persuni li ngħataw ordnita’ servizz fil-komunità li wettqu xogħol magħkom fil-Kunsilli Lokali. Dan sar b’attenzjoni, però sar, u huwa wkollmiftuħ għalikom. Infakkarkom ukoll libl-emendi li saru reċentement, il-Qorti ngħatat il-poter illi fis-sentenzatagħha tordna lill-ħati jagħmel xogħol fil-komunità u s’issa l-Qorti tat 69 minn dawnl-ordnijiet. Dawn għamlu ħafna ġid uġew użati minnnumru ta’ Kunsilli Lokali u organizzazzjonijiet non-governattivi. Fil-ġimgħatli ġejjin ser tiġi organizzata laqgħa apposta magħkom fuq kif taħdem is-sistemasabiex inkomplu nirrijabilitaw persuni li messew mal-liġi sabiex nagħtuhoml-opportunità li jħallsu lura lis-soċjetà, lill-vittma, għall-ħsara li jkunugħamlu.
Mill-qalb, mill-ġdid nawguralkom ilkoll il-ħidmat-tajba b’riżq il-lokalità tagħkom. Inħarsu lkoll ‘il quddiem sabiex nassiguraw suċċessi akbar f’dinl-għalqa tant fertili.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017